Allowance Supplimentari ta’ Ltim
Ħarsa ġenerali
L-Allowance Supplimentari ta’ Ltim tista’ tingħata lil persuna li tkun fdata bil-kura ta’ żagħżugħ, f’każ li l-ġenituri taż-żagħżugħ ikunu mejtin.
Għal informazzjoni dwar sitwazzjonijiet transkonfinali ikklikkja hawn.
X’ser jingħata
Il-Ħlas tal-Allowance Supplimentari ta’ Ltim titħallas kull erba’ (4) ġimgħat bil-quddiem lill-applikant/a.
Din l-allowance titħallas sakemm iż-żagħżugħ/a ikollu bejn is-sittax (16) u l-wieħed u għoxrin (21) sena.
Ikklikkja hawn għal skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Persuna li tkun fdata bil-kura u kustodja ta’ żagħżugħ/a, f’każ li l-ġenituri ikunu t-tnejn mejtin.
- Wieħed mill-ġenituri kien irreġistrat taħt l-Att tas-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.)
- Wieħed mill-ġenituri kien ċittadin ta’ Malta qabel mewtu.
Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:
- Dikjarazzjoni tal-Applikant/a u jekk applikabbli, tal-konjuġi/sieħeb/sieħba. Ikklikkja hawn biex tniżżel id dikjarazzjoni biex timtela u applowdjatha mal-applikazzjoni.
- Digriet tal-Qorti li jirrigwardja l-kura u kustodja taż-żagħżugħ/a.
Kif tapplika
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.