Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tirċievi aħbarijiet riċenti.

Q

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti tagħna dwar is-Sigurtà Soċjali u l-Politika Soċjali.

Aħbarijiet Reċenti:

Allowance ta’ Ltim Supplimentari

Ħarsa ġenerali

L-Allowance Supplimentari ta’ Ltim tista’ tingħata lil persuna li tkun fdata bil-kura ta’ żagħżugħ, f’każ li l-ġenituri taż-żagħżugħ ikunu mejtin.

Għal informazzjoni dwar sitwazzjonijiet transkonfinali ikklikkja hawn.

X’ser jingħata

Il-Ħlas tal-Allowance ta’ Ltim titħallas kull 4 ġimgħat bil-quddiem.

Din l-allowance titħallas sakemm żagħżugħ ikollu bejn is-16 u l-21 sena.

Agħfas hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Persuna li tkun fdata bil-kura ta’ żagħżugħ, f’każ li l-ġenituri taż-żagħżugħ ikunu mejtin
  • Wieħed mill-ġenituri kien irreġistrat taħt l-Att tas-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.)
  • Wieħed mill-ġenituri kien ċittadin ta’ Malta qabel mewtu

Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Dikjarazzjoni tal-Applikant/a u jekk applikabbli, tal-konjuġi. Ikklikkja hawn biex tniżżel id dikjarazzjoni
  • Digriet tal-Qorti fir-rigward tal-kustodja tat-tfal

Kif tapplika

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.