Allowance ta’ Ltim
Ħarsa ġenerali
L-Allowance ta’ Ltim tista’ tingħata lil persuna li tkun fdata bil-kura tat-tfal, f’każ li l-ġenituri tagħhom ikunu mejtin.
Għal informazzjoni dwar sitwazzjonijiet transkonfinali ikklikkja hawn.
X’se tingħata
Il-Ħlas tal-Allowance ta’ Ltim titħallas kull 4 ġimgħat bil-quddiem.
Din l-allowance titħallas sakemm it-tfal jagħlqu 16-il sena.
Agħfas hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Persuna li tkun fdata bil-kura tat-tfal, f’każ li l-ġenituri tagħhom ikunu mejtin
- Wieħed mill-ġenituri kien irreġistrat taħt l-Att tas-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.)
- Wieħed mill-ġenituri kien ċittadin ta’ Malta qabel mewtu
Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:
- Dikjarazzjoni tal-Applikant/a u jekk applikabbli, tal-konjuġi. Ikklikkja hawn biex tniżżel id dikjarazzjoni
- Digriet tal-Qorti fir-rigward tal-kustodja tat-tfal
Kif tapplika
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.