Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Allowance tat-Tfal – Talba għal Reviżjoni

Ħarsa ġenerali

Benefiċjarji li qed jirċievu l-Allowance tat-Tfal huwa obbligati li jirrapporta kwalunkwe tibdil fiċ-ċirkostanzi marbuta mal-eliġibbiltà għall-allowance sabiex jingħata l-ammont korrett ta’ allowance.

X’se tingħata

Ir-rata ta’ ħlas tal-Allowance tat-Tfal tiġi riveduta skont il-bidla fiċ-ċirkustanza.

Il-pagament għal din l-allowance jitħallas kull tlettax-il (13) ġimgħa bil-quddiem.

Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Persuna tista’ tagħmel użu minn Kalkulatur online sabiex tagħmel stima tal-intitolament għall-Allowance tat-Tfal.

Applikazzjoni tieħu madwar erba’ (4) ġimgħat sabiex tiġi pproċessata jekk id-dokumenti mehmuża jissodisfaw ir-rekwiżiti.

Eliġibbiltà

Wieħed irid javża lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali dwar it-tibdil kollu fiċ-ċirkostanzi immedjatament, mhux l-inqas fejn:

  • Każ ta’ separazzjoni hu fil-proċess jew iffinalizzat, fejn id-dritt għall-Allowance tat-Tfal jiġi evalwat fuq id-dħul tal-ġenitur li miegħu qed jgħixu it-tfal.
  • Bidla fil-kura u l-kustodja tat-tfal, fejn id-dritt għall-Allowance tat-Tfal jitħallas lill-ġenitur li għandu l-kustodja tat-tfal. F’ċerti każi, in-nanniet isiru intitolati għall-Allowance tat-Tfal jekk ikollhom il-kura u l-kustodja tat-tfal u jgħixu fl-istess dar.
  • Kustodja konġunta, li biha kull ġenitur jirċievi ħamsin fil-mija (50%) tal-intitolament tal-Allowance tat-Tfal.
  • Bidla fl-istat ċivili minħabba żwieġ, unjoni ċivili, jew koabitazzjoni (kemm jekk koabitazzjoni reġistrata jew le), fejn l-intitolament għall-Allowance tat-Tfal jiġi evalwat fuq id-dħul iddikjarat taż-żewġ ġenituri b’effett mid-data tal-bidla fl-istatus.
  • Bidla fl-istat ċivili minħabba l-mewt ta’ wieħed mill-ġenituri, fejn id-dritt għall-Allowance tat-Tfal huwa rivalutat fuq id-dħul iddikjarat ta’ ġenitur wieħed b’effett mid-data tal-bidla fl-istatus.
  • Wieħed mill-ġenituri jieqaf jaħdem, fejn id-dritt għall-Allowance tat-Tfal imbagħad jiġi evalwat mill-ġdid fuq dħul wieħed iddikjarat ta’ wieħed mil-ġenituri.
  • Ġenitur isir intitolat għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali, fejn id-dritt għall-Allowance tat-Tfal imbagħad jiġi evalwat mill-ġdid skont l-intitolament tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali.
  • L-intitolament għall-Allowance tat-Tfal jingħata bħala rata fissa u d-dħul iddikjarat taż-żewġ ġenituri ma jaqbiżx il-limitu minimu għal kull sena ta’ stima, l-intitolament għall-Allowance tat-Tfal imbagħad jiġi rivalutat skont id-dħul iddikjarat taż-żewġ ġenituri.

Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • F’każ ta’ koppja, trid timtela dikjarazzjoni separata, iffirmata miż-żewġ ġenituri. Ikklikkja hawn biex tniżżel id-dokument.
  • Għar-reviżjoni tar-Rata tal-Allowance tat-Tfal:
    • Dħul taż-żewġ ġenituri tas-sena rilevanti (sentejn qabel is-sena kurrenti (eżempju: Għall-Allowance tat-Tfal tal-2025 – jintalab d-dħul ta’ 2022) minn impjieg full-time u part-time kemm f’Malta kif ukoll / jew barra minn pajjiżhom – jinkludu FS3s, Profit and Loss Accounts f’każ ta’ dawk li jaħdmu għal rashom u Memorandum ta’ Artikoli fil-każ ta’ Diretturi.
  • Għall-bidla fl-istatus (skont il-każ)
    • Kopji tal-Karti tal-Identita’ tal-ġenitur/i jew ġenitur/i adottivi.
    • Data tal-koabitazzjoni (kemm jekk reġistrata jew le), jew żwieġ jew unjoni ċivili, skont il-każ.
    • Kuntratt ta’ separazzjoni / digriet tal-qorti (skond il-każ) fil-każ ta’ ġenituri separati jew waħedhom.
    • Għal każijiet ta’ separazzjoni fejn il-kuntratt ta’ separazzjoni ma jkunx għadu ffinalizzat. jew meta persuna waħeda qed tapplika għal Allowance tat-Tfal ma’ sieħeb u mhux mal-missier tal-minuri, dokument legali minn rappreżentant legali tal-ġenitur li qed jagħmel it-talba, fejn irid jissemma l-ġenitur li għandu l-kura u l-kustodja (de facto) tat-tifel/tifla/tfal, bid-dettalji kollha tal-tifel/tifla/tfal, u tkun imsemmijja ukoll id-data effettiva tal-kura u kustodja. Din id-dikjarazzjoni trid tinkludi ukoll ċertifikazzjoni jekk hux qed jitħallas manteniment lill-istess ġenitur li għandu l-kura u l-kustodja tat-tifel/tifla/tfal.

    Kif tapplika

    Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.