Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Allowance tat-Tfal u Bonus għat-Twelid jew Adozzjoni – Tfal Addizzjonali

Ħarsa ġenerali

Il-ġenituri huma eliġibbli li jirċievu l-Allowance tat-Tfal għall-ulied kollha. Għalhekk, jekk benefiċjarju jkun qiegħed jirċievi l-Allowance tat-Tfal, mat-twelid tat-tfal, it-talba għall-Allowance tat-Tfal u l-ħlas jiġu aġġornati awtomatikament.

X’se tingħata

Ir-rata ta’ ħlas tal-Allowance tat-Tfal tiġi riveduta skont il-bidla fiċ-ċirkostanza.

Il-pagament għal dan l-allowance jitħallas kull tlettax-il (13) ġimgħa bil-quddiem.

Pagament ta’ darba ta’ ħames mitt ewro (€500) jitħallas lill-omm ta’ tarbija li tkun l-ewwel wild jew bħala l-ewwel adozzjoni f’każ ta’ ġenitur adottiv. Jekk l-omm ikollha t-tieni wild jew aktar fil-familja, jew ġenitur jadotta għat-tieni darba jew aktar, jitħallas il-pagament ta’ darba ta’ elf ewro (€1000) għall-kull tifel jew tifla (aqra aktar).

Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Tista’ tagħmel użu minn Kalkulatur online sabiex tagħmel stima tal-intitolament għall-Allowance tat-Tfal.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Wieħed mill-ġenituri għandu jkun ċittadin ta’ Malta jew miżżewweġ lil Ċittadin Malti, jew f’Unjoni Ċivili ma’ ċittadin Malti, jew ikun ċittadin ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadin ta’ pajjiż membru tal-Karta Soċjali Ewropea, jew ikollu status ta’ refuġjat u jirrisjedi b’mod ordinarju f’Malta jew Għawdex.
    • Wieħed mill-ġenituri huwa impjegat legalment f’Malta u l-ġenitur l-ieħor qed jgħix u hu bla xogħol f’pajjiż barrani, allura d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huwa obbligat li jħallas l-Allowance tat-Tfal .
    • Wieħed mill-ġenituri huwa impjegat legalment f’Malta u l-ġenitur l-ieħor qed jgħix u qiegħed fuq leave bla ħlas f’pajjiż barrani, allura d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huwa obbligat li jħallas l-Allowance tat-Tfal.
    • Wieħed mill-ġenituri huwa impjegat legalment f’Malta u l-ġenitur l-ieħor  qed jgħix u huwa impjegat f’pajjiż barrani, allura dak il-pajjiż barrani huwa obbligat li jħallas l-Allowance tat-Tfal jekk il-minuri qed jgħix mal-ġenitur fil-pajjiż barrani. Jekk il-minuri qed jgħix mal-ġenitur li impjegat f’Malta, allura d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jkun kompetenti biex iħallas l-Allowance tat-Tfal, għalkemm il-ġenitur l-ieħor huwa impjegat barra l-pajjiż.

    • F’każ ta’ Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi fejn:
      • L-applikant u t-tfal qed jgħixu f’Malta.
        Iż-żewġ ġenituri għandhom permessi residenzjali validi.
      • Wieħed jew iż-żewġ ġenituri huma f’impjieg. L-intitoliment huwa skont il-Permess. Jekk l-applikant/a ikollu/ha Permess ta’ Residenza jew permess ta’ Xogħol, min jagħmel it-talba jkun intitolat/a għal Allowance tat-Tfal b’seħħ mis-sitt (6) xahar ta’ impjieg.
      • Jekk l-applikant/a ikollu/ha Blue Card / Protezzjoni Internazzjonali / Protezzjoni Sussidjarja / Protezzjoni Umanitarja (inklużi Permessi Temporanji), dan/din i/tkun intitolat/a għall-Allowance tat-Tfal mill-bidu tal-impjieg.
      • Jekk l-applikant/a jkollu/ha Permess ta’ Residenza għat-Tul, dan/din i/tkun intitolat/a mid-data tal-permess, filwaqt li d-detenturi ta’ permessi ta’ Intra Corporate Transfer għandhom ikunu intitolati mid-disa’ xahar ta’ impjieg.
      • L-istatus ta’ Ħaddiem Staġjonali u / jew Ċittadini studenti ta’ Pajjiżi Terzi mhumiex intitolati għal Allowance tat-Tfal jekk ma jkollhomx permess ieħor imsemmi hawn fuq.
      • L-Allowance tat-Tfal tingħata mid-data kif indikata hawn fuq jekk il-minorenni jitwieled qabel id-data tal-impjieg. Madankollu l-Allowance tat-Tfal jingħata mid-data tat-twelid jekk il-minorenni jitwieled wara d-data tal-intitolament kif spjegat hawn fuq.
  • L-Allowance tat-Tfal tista’ tingħata lil dawk li jagħmlu xogħol fuq il-Bastimenti Reġistrati Malta, bl-istess kundizzjonijiet taċ-Ċittadini tal-Unjoni Ewropea.
  • L-applikant għandu jkun residenti ta’Malta mill-inqas tliet (3) xhur qabel id-data tal-applikazzjoni.
  • Fil-każ ta’ kull wild, huwa d-dmir tal-ġenituri, u fin-nuqqas tat-tnejn, tat-tabib, kirurgu, qabla jew xi persuna oħra li tkun qed tattendi mat-twelid, jew f’liema dar it-twelid ikun seħħ, biex fi żmien ħmistax-il (15) jum minn dan it-twelid jingħata avviż ta’ dan lir-Reġistru Pubbliku. Il-persuna li tittrasmetti l-avviż, għandha tippreżenta l-Karta tal-Identità tagħha u kull dokumentazzjoni pprovduta lilha mill-isptar.
  • L-applikant għandu jinnotifika lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, mhux aktar tard minn sitt (6) xhur mill-okkorrenza, b’kull bidla f’ċirkostanzi bħal mewt, separazzjoni, żwieġ/konvivenza, bidla f’kustodja, bidla fl-indirizz, bidla fin-numru tal-kont tal-bank, tluq minn Malta jew terminazzjoni/bidu ta’ impjieg.
  • Wara li jingħata l-ewwel pagament tal-Allowance tat-Tfal, issir reviżjoni annwali mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali bbażata fuq informazzjoni riċevuta mill-Kummissarju tad-Dħul u Istituzzjonijiet Finanzjarji. Ir-rata tal-Allowance tat-Tfal hija bbażata fuq id-dħul tal-familja sentejn qabel it-talba u/jew ir-reviżjoni tat-talba.

Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • F’każ ta’ koppja, trid timtela dikjarazzjoni separata, iffirmata miż-żewġ ġenituri. Ikklikkja hawn biex tniżżel id-dokument.
  • Dokument ta’ Kura u Kustodja (inkluż ma’ min l-minorenni qed j/tgħix / u ammont ta’ manteniment, iffirmat miż-żewġ ġenituri.
  • Kopji tal-Karti tal-Identità tal-ġenitur/i jew ġenitur/i addottivi.
  • Dikjarazzjoni jew affidavit (fil-każ li wieħed mill-ġenituri jirrifjuta li jiffirma l-kura u l-kustodja) li jiddikjara ma’ min qed/qegħdin jgħixu l-minuri u minn liema data.
  • Kuntratt ta’ separazzjoni / digriet tal-qorti (skond il-każ) fil-każ ta’ ġenituri waħedhom.
  • F’każijiet ta’ adozzjoni, applikazzjoni bid-dokumentazzjoni kollha relatati mal-proċess ta’ adozzjoni għandha tiġi sottomessa sabiex issir it-talba għall-Allowance tat-Tfal għal ‘tfal addizzjonali’.
  • Data tal-koabitazzjoni / Żwieġ / Unjoni Ċivili (jekk applikabbli) meta tissottometti l-applikazzjoni ta’ Children Allowance.
  • Prova tad-Data tal-Wasla f’Malta’ (jekk applikabbli) meta tissottometti l-applikazzjoni tac-Children Allowance. Dan jista’ jinkludi kopji tal-biljett għall-Imbark u / jew Passaporti.

Kif tapplika

F’dawk il-każijiet meta l-ħlas tal-Allowance tat-Tfal fir-rigward ta’ ‘tfal addizzjonali’ ma jinħariġx fi żmien xahar mir-reġistrazzjoni tat-tfal, ir-rikorrenti għandhom jissottomettu applikizzjoni, peress li l-pagament ma jinħariġx awtomatikament jekk:

  • Il-ġenituri m’għandhomx l-istess indirizz.
  • Il-ġenitur huwa waħdieni, għalhekk irid jipprovdi wkoll dokumenti ta’ kura u kustodja mal-applikazzjoni.
  • It-‘tfal addizzjonali’ ma twieldux f’Malta.
  • Il-ġenituri barranin.

F’każ li l-applikazzjoni trid tiġi sottomessa, din trid issir fi żmien sitt (6) xhur mit-twelid tat-tarbija jew adozzjoni skont kif stipulat fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.). L-Allowance tat-Tfal jew parti minnha, tista’ tintilef jekk l-applikazzjoni tiġi sottomessa tard.

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.