Benefiċċju għall-Adozzjoni
Ħarsa ġenerali
Il-Benefiċċju għall-Adozzjoni jista’ jingħata lil kull persuna li adottat tifel/tifla.
X’ser jingħata
Il-ħlas tal-Benefiċċju għall-Adozzjoni huwa ta’ 14 –il ġimgħa.
Agħfas hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Applikant irid ikun ta’ ċittadinanza Maltija jew miżżewweġ/jikkoabita ma’ ċittadin Malti, ikun ċittadin ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, ċittadin ta’ pajjiż membru taċ-Ċarter Soċjali Ewropew, jew għandu status ta’ refuġjat u ordinarjament jirrisjedi f’Malta jew f’Għawdex
- Applikant ma jridx ikun tħallas għall-leave tal-adozzjoni
- Applikant jista’ ikun jaħdem għalih nnifsu (self-occupied)
Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:
- Ċertifikat ta’ Adozzjoni
Kif tapplika
L-applikazzjoni tal-Benefiċċju għall-Adozzjoni tista’ tiġi sottomessa ladarba jinħarġu d-dokumenti kollha ta’ adozzjoni jew fi żmien 6 xhur mid-data uffiċjali tal-adozzjoni tat-tifel/tifla skont kif stipulat fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.). Il-benefiċċju jew parti minnu, jista’ jintilef jekk l-applikazzjoni tasal tard.
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.