Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Benefiċċju għal-Leave tal-Adozzjoni

Ħarsa ġenerali

Il-Benefiċċju għal-Leave tal-Adozzjoni jista’ jingħata lil kull persuna li adottat tifel/tifla.

X’ser jingħata

Il-ħlas tal-Benefiċċju għall-Leave tal-Adozzjoni huwa ta’ erbgħa (4) ġimgħat. 

F’każ ta’ aktar minn adozzjoni waħda fl-istess żmien, jingħata biss pagament wieħed tal-benefiċċju tal-leave tal-adozzjoni.

Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Applikant/a i/trid ikun ta’ ċittadinanza Maltija jew miżżewweġ/miżżewġa/j/tikkoabita ma’ ċittadin/a Malti/ija, i/tkun ċittadin/a ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, ċittadin/a ta’ pajjiż membru taċ-Ċarter Soċjali Ewropew, jew għandu/ha status ta’ refuġjat/a u ordinarjament j/tirrisjedi f’Malta jew f’Għawdex.
  • Applikant/a i/trid i/tkun ħa/det iktar minn erbatax-il (14) ġimgħa ta’ leave tal-adozzjoni. Min iħaddem iħallas l-ewwel erbatax-il (14) ġimgħa tal-leave tal-adozzjoni, filwaqt li l-erbgħa (4) ġimgħat l-oħra jitħallsu permezz ta’ dan il-benefiċċju mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
  • Applikant/a impjegat/a casual jew part-time j/trid j/tipprovdi dikjarazzjoni mingħand min iħaddmu/iħaddimha li tinkludi d-dati ta’ meta l-applikant/a tħallas/tħallset għall-leave tal-adozzjoni.
  • Applikant/a li j/tkun impjegat/a bħala għalliem/a u li j/titħallas/ għall-vaganzi tas-sajf, j/tiġi mħallas/mħallsa għal dan il-benefiċċju imma xorta j/trid j/tipprovdi ittra mingħand l-uffiċċju tar-Riżorsi Umani li turi l-perjodu ta’ meta l-applikant/a ħa/det il-leave tal-adozzjoni fil-perjodu tas-sajf.
  • Applikant/a li j/tkun j/taħdem għal rasu/ha, j/tista’ j/tapplika għal dan il-benefiċċju f’każ li j/tkun ħa/det tmintax-il (18) ġimgħa ta’ leave tal-adozzjoni, u għaldaqstant i/tkun intitolat/a kemm għall-benefiċċju tal-adozzjoni kif ukoll għall-benefiċċju tal-leave tal-adozzjoni.

Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni ġenerali: 

  • Ċertifikat ta’ Adozzjoni uffiċjali għal kull tifel/tifla addottati li għalihom tkun qed issir it-talba.
  • Ċertifikat tat-twelid uffiċjali għal kull tifel/tifla addottati li għalihom tkun qed issir it-talba.
  • Applikant/a li j/taħdem għal rasu/ha j/trid tipprovdi kopji tal-irċevuti uffiċjali tal-kuntribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali mħallsa tas-sena qabel it-talba, kif ukoll dikjarazzjoni mill-applikant/a li ma kienx/kinetx qed j/taħdem matul l-erba’ (4) ġimgħat tat-talba.
  • Dikjarazzjoni li tikkonferma d-dati għal erba’ (4) ġimgħat tal-leave għall-adozzjoni mhux imħallsin, mill-prinċipal tax-xogħol.
  • Għal ċittadini tat-tielet dinja, refuġjati u applikanti minn pajjiżi ta’ Charter Soċjali, li ordinarjalment jirrisjedu f’Malta, iridu jipprovdu kopja tal-permess validu ta’ Residenza.
  • F’każ ta’ applikant/a li j/tikkoabita, iridu jiġi pprovdut ċertifikat uffiċjali ta’ koabitazzjoni.

Kif tapplika

L-applikazzjoni għandha tiġi sottomessa fi żmien sitt (6) xhur minn meta l-applikant jkun ħa it-tmintax-il (18) ġimgħa tal-leave tal-adozzjoni skont kif stipulat fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.). Il-benefiċċju jew parti minnu, jista’ jintilef jekk l-applikazzjoni tasal tard.

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.