Logo
Logo
  • MT
  • EN

Benefiċċju għall-Leave tal-Adozzjoni

Ħarsa ġenerali

Il-Benefiċċju għall-Leave tal-Adozzjoni jista’ jingħata lil kull persuna li adottat tifel/tifla.

X’ser jingħata

Il-ħlas tal-Benefiċċju għall-Leave tal-Adozzjoni huwa ta’ 4 ġimgħat.

Agħfas hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Applikant irid ikun ta’ ċittadinanza Maltija jew miżżewweġ/jikkoabita ma’ ċittadin Malti, ikun ċittadin ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, ċittadin ta’ pajjiż membru taċ-Ċarter Soċjali Ewropew, jew għandu status ta’ refuġjat u ordinarjament jirrisjedi f’Malta jew f’Għawdex
  • Applikant irid ikun ħa iktar minn 14–il ġimgħa ta’ leave tal-adozzjoni. Min iħaddem iħallas l-ewwel 14-il ġimgħa tal-leave tal-adozzjoni filwaqt li l-4 ġimgħat l-oħra jitħallsu permezz ta’ dan il-benefiċċju
  • Applikant impjegat casual jew part-time jrid jipprovdi dikjarazzjoni mingħand min iħaddmu li tinkludi d-dati ta’ meta l-applikant tħallas għall-leave tal-adozzjoni
  • Applikant li jkun impjegat bħala għalliem u li tħallas għall-vaganzi tas-sajf, jiġi mħallas għal dan il-benefiċċju imma xorta jrid jipprovdi ittra mingħand min iħaddmu li turi l-perjodu ta’ meta l-applikant ħa il-leave tal-adozzjoni fil-perjodu tas-sajf
  • Applikant li jkun jaħdem għalih innifsu (self-occupied), jista’ japplika għal dan il-benefiċċju f’każ li jkun ħa 18-il ġimgħa ta’ leave tal-adozzjoni, u għaldaqstant ikun intitolat kemm għall-benefiċċju tal-adozzjoni kif ukoll għall-benefiċċju tal-leave tal-adozzjoni

Kif tapplika

L-applikazzjoni għandha tiġi sottomessa fi żmien 6 xhur minn meta l-applikant jkun ħa it-18-il ġimgħa tal-leave tal-adozzjoni skont kif stipulat fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.). Il-benefiċċju jew parti minnu, jista’ jintilef jekk l-applikazzjoni tasal tard.

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.

Font Resize
Contrast