Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Għotja taż-Żwieġ

Ħarsa ġenerali

L-Għotja taż-Żwieġ tista’ tingħata lil persuna li kienet impjegata, taħdem għal rasha jew li timpjega lilha nnifisha għal mill-inqas sitt (6) xhur fi kwalunkwe perjodu qabel iż-żwieġ jew unjoni ċivili, u hija ordinarjament residenti f’Malta, meta tiżżewweġ jew tingħaqad f’unjoni ċivili legalment. L-Għotja taż-Żwieġ ma tingħatax lill-koppja f’koabitazzjoni, kemm jekk koabitazzjoni reġistrata jew le.

X’ser jingħata

 L-Għotja taż-Żwieġ tingħata bħala somma ta’ darba lil kull konjuġi eliġibbli.

Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali: 

  • Persuni li jkollhom residenza ordinarja f’Malta, u li jkunu ħadmu u ħallsu l-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali għal sitt (6) xhur qabel id-data taż-żwieġ jew unjoni ċivili tagħhom.
  • F’każ ta’ persuna li jaħdmu għal rashom u huma eliġibbli biex jkun ikkunsidrati bħala tali u ħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali volontarjament, jistgħu ikunu ukoll eliġibbli għall-Għotja taż-Żwieġ.
  • F’każ ta’ persuni li jerġgħu jiżżewwġu jew jingħaqdu f’unjoni ċivili, sitta u għoxrin (26) kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali jridu jkunu ġew imħallsa mid-data tal-aħħar żwieġ jew unjoni ċivili.

Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni ġenerali: 

  • Ċertifikat taż-żwieġ jekk iż-żwieġ mhux reġistrat Malta. Iċ-ċertifikat taż-żwieġ għandu jiġi tradott bl-Ingliż jew bil-Malti u awtentikat ukoll fil-pajjiż taż-żwieġ. Ċertifikati taż-żwieġ minn kwalunkwe pajjiż li huma konfermati (ittimbrati) bħala awtentiċi mill-Ambaxxata jew Missjoni ta’ Malta f’dak il-pajjiż huma aċċettati ukoll sakemm l-istess jiġi tradott bl-Ingliż jew bil-Malti.
  • Persuna Applikanta trid tkun żgura li d-dettalji bankarji tagħha miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huma aġġornati sabiex tirċievi ħlasijiet b’depożitu dirett f’bank. In-numru tal-IBAN għandu jkun kont lokali tat-tfaddil jew kurrenti u mhux kont ta’ self. Il-kont indikat għandu jkun f’isem l-benefiċjarju biss. Id-dettalji bankarji jistgħu jiġu aġġornati fuq bankarjidss.gov.mt.
  • Jekk wieħed jew it-tnejn mill-applikanti għal dan il-benefiċju ikunu marru joqgħodu f’indirizz ieħor, il-Karta tal-Identità Maltija trid tiġi aġġornata ukoll minn għand l-aġenzija governattiva tal-gvern Malti Identità. La darba din il-Karta tal-Identità tkun aġġornata, l-applikant/i iridu jkunu żguri li jaġġornaw ukoll l-indirizz postal mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Dawn id-Dettalji ta’ Kuntatt jistgħu jiġu aġġornati fuq kuntatt-dss.gov.mt.

Kif tapplika

Wara r-reġistrazzjoni taż-żwieġ mar-Reġistru Pubbliku ta’ Malta, jinbeda b’mod awtomatiku l-proċess sabiex titħallas l-Għotja taż-Żwieġ mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Barra minn hekk, ittra ta’ notifika tista’ tintbagħat lil benefiċjarji prospettivi li titlob dettalji neċessarji għall-ħlas tal-Għotja taż-Żwieġ, jekk dan ikun il-każ. 

Intant, jista’ jkun hemm każijiet fejn l-ittra ta’ notifikazzjoni ma tkunx maħruġa f’każijiet ta’ Unjoni Ċivili jew iż-żwieġ ikun sar barra minn Malta. F’dan il-każ, il-benefiċjarji prospettivi iridu japplikaw għal din l-għotja. 

Importanti li jekk persuna tixtieq tapplika għall-Għotja taż-Żwieġ, l-applikazzjoni trid tasal fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali mhux aktar tard minn sitt (6) xhur mid-data taż-żwieġ jew unjoni ċivili skont kif stipulat fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.).

Imla u ibgħat l-applikazzjoni online.