Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tirċievi aħbarijiet riċenti.

Q

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti tagħna dwar is-Sigurtà Soċjali u l-Politika Soċjali.

Aħbarijiet Reċenti:

Għotja taż-Żwieġ

Ħarsa ġenerali

L-Għotja taż-Żwieġ tista’ tingħata lil persuna li kienet impjegata; taħdem għal rasha; jew li timpjega lilha nnifisha għal mill-inqas 6 xhur fi kwalunkwe perjodu qabel iż-żwieġ jew unjoni ċivili, u hija ordinarjament residenti f’Malta, meta tiżżewweġ jew tingħaqad f’unjoni ċivili legalment.

X’ser jingħata

L-Għotja taż-Żwieġ tingħata bħala somma sħiħa lil kull konjuġi eliġibbli.

Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Persuni li jkollhom residenza ordinarja f’Malta, u li jkunu ħadmu għal 6 xhur qabel id-data taż-żwieġ jew unjoni ċivili tagħhom. F’każ ta’ persuni li jerġgħu jiżżewwġu jew jingħaqdu f’unjoni ċivili, 26 kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali jridu jkunu ġew imħallsa mid-data tal-aħħar żwieġ jew unjoni ċivili

Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Ċertifikat taż-żwieġ jekk iż-żwieġ mhux reġistrat Malta. Iċ-ċertifikat taż-żwieġ għandu jiġi tradott bl-Ingliż jew bil-Malti u awtentikat ukoll fil-pajjiż taż-żwieġ. Ċertifikati taż-żwieġ minn kwalunkwe pajjiż li huma konfermati (ittimbrati) bħala awtentiċi mill-Ambaxxata jew Missjoni ta’ Malta f’dak il-pajjiż huma aċċettati ukoll sakemm l-istess jiġi tradott bl-Ingliż jew bil-Malti
  • Persuna Applikanta trid tkun żgura li d-dettalji bankarji tagħha miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huma aġġornati sabiex tirċievi ħlasijiet b’depożitu dirett f’bank. In-numru tal-IBAN għandu jkun kont tat-tfaddil jew kurrenti u mhux kont ta’ self. Il-kont indikat għandu jkun f’isem l-benefiċjarju biss. Id-dettalji bankarji jistgħu jiġu aġġornati fuq mySocialSecurity

Kif tapplika

Wara r-reġistrazzjoni taż-żwieġ jew unjoni ċivili mar-Reġistru Pubbliku ta’ Malta, jinbeda b’mod awtomatiku l-proċess sabiex titħallas l-Għotja taż-Żwieġ mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Barra minn hekk, ittra ta’ notifika tista’ tintbagħat lil benefiċjarju prospettiv li titlob kwalunkwe dettalji nieqsa meħtieġa għall-ħlas tal-Għotja taż-Żwieġ, jekk dan ikun il-każ.

Importanti li jekk persuna tixtieq tapplika għall-Għotja taż-Żwieġ, l-applikazzjoni trid tasal fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali mhux aktar tard minn 6 xhur mid-data taż-żwieġ jew unjoni ċivili skont kif stipulat fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.).

Imla u ibgħat l-applikazzjoni online.