Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Talba mill-Fond talLeave għall-Fostering

Ħarsa ġenerali

Kull wieħed mill-ġenituri mpjegati jew ġenituri addottivi mpjegati huma intitolati għal erba’ (4) xhur leave għal fostering għal kull ġenitur u mhux għal kull wild  taħt fostering, li jrid jittieħed sakemm it-tifel/tifla ikun/tkun għalaq/għalqet it-tmien (8) snin. L-ewwel xahrejn (2) jew tmien (8) ġimgħat mhumiex trasferibbli u huma eliġibbli għall-ħlas tal-benefiċċji. Filwaqt li t-tieni (2) xahrejn jew tmien (8) ġimgħat huma trasferibbli bejn il-ġenituri iżda ma jitħallsu ebda benefiċċju.

L-Avviż Legali 201 tal-2022, jipprovdi li l-ewwel tmien (8) ġimgħat ta’ leave tal-ġenituri jitħallsu lil min iħaddem f’isem impjegati li huma foster parents iċċertifikati. Ir-rata tal-ħlas applikabbli hija r-rata tal-miżżewġin stabbilita għall-Benefiċċju tal-Mard.

Min iħaddem għandu jitlob rifużjoni mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għal massimu ta’ tmien (8) ġimgħat ta’ perjodu ta’ Fostering Leave f’erba’ (4) pagamenti ta’ ħlas ta’ ġimagħtejn (2) kif għandu jiġi spjegat aktar ‘il quddiem. L-ewwel erba’ (4) ġimgħat li jistgħu jintalbu sakemm it-tifel/tifla ikun/tkun ikollu/ikollha erba’ snin, jistgħu jintalbu jew separatament f’żewġ pagamenti ta’ ġimagħtejn jew f’talba waħda ta’ erba’ ġimgħat għal Fostering Leave.

Bħala kumpens il-Kontribuzzjoni għall-Fond tat-Trust tal-Maternità / Adozzjoni li daħlet fis-seħħ mill-1 ta’ Lulju 2015 permezz tal-Avviż Legali 257 tal-2015 (Att dwar it-Trusts u Trustees Kap. 331.) għandha tiġi aġġustata biex tirrifletti l-intitolamenti tal-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja stabbiliti bl-Avviż Legali 201. tal-2022, tat-2 ta’ Awwissu 2022.

Is-Servizz Pubbliku u l-Entitajiet tas-Settur Pubbliku, Awtoritajiet, Aġenziji u Korporazzjonijiet Pubbliċi huma eżenti mill-kontribuzzjoni ta’ din l-iskema. Madankollu, l-impjegati tas-Servizz Pubbliku u tas-Settur Pubbliku huma ntitolati għal Leave għall-Fostering.

Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

X’se tingħata

Taħt din l-iskema, min iħaddem iħallas massimu ta’ tmien (8) ġimgħat ta’ Fostering Leave lill-impjegati tagħhom li jsegwu l-fostering ta’ tifel/tifla u wara japplikaw permezz ta’ applikazzjoni speċifika online għal Rifużjoni tar-rati ta’ benefiċċji applikabbli mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali meta l-impjegat jirritorna għax-xogħol. Għandha ssir talba għal rifużjoni għal kull ġenitur kif ġej:

  • Ħamsin fil-mija (50%) jew erba’ (4) ġimgħat tad-dritt imħallas għal-leave tal-ġenituri sa meta t-tifel/tifla ikollu/ikollha erba’ snin.
  • Ħamsa u għoxrin fil-mija (25%) jew ġimagħtejn (2) tad-dritt imħallas għal-leave tal-ġenituri sa meta t-tifel/tifla ikollu/kollha bejn ħames u sitt snin u
  • Ħamsa u għoxrin fil-mija (25%) jew ġimagħtejn (2) tad-dritt imħallas għal-leave tal-ġenituri sa meta t-tifel/tifla ikollu/ikollha bejn seba’ u tmien snin.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • It-tifel/tifla trid tkun fosterjat/a fit-02/08/2022 jew wara.
  • Għal Fostering Leave jeħtieġ li jkun hemm rikonoxximent ta’ fostering evidenzjat minn impjegat/a li j/tkun impjegat/a ma’ min iħaddem li jagħmel it-talba għal mill-inqas sena kalendarja qabel it-Talba għal Leave tal-
  • Dan ifisser li, l-impjegat/a għandu/ha j/tkun impjegat/a ma’ min iħaddem li jagħmel it-talba għal perjodu ta’ sena kalendarja qabel id-data tal-bidu tal-Fostering Leave.
  • Peress li persuni li jaħdmu għal rashom ma jikkontribwixxux għal Fond tal-Leave tal-Maternità/Paternità, mhumiex intitolati għal talbiet tal-Fond tal-Maternità/Paternità. Għalhekk, dawn l-iskemi huma applikabbli biss għall-persuni impjegati, u t-talbiet mill-Fond tal-Leave tal-Maternità isiru mill-Fond għal min iħaddem, skont ir-rati applikabbli hekk kif stabbiliti għal kull skema.

Xenarji Oħra

  • Il-Kontribuzzjoni tal-Maternità- Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja xorta għandha titħallas skont il-paga bażika ta’ kull ġimgħa għall-impjegati bin-nofs paga.
  • Għandu jitħallas ukoll għal part-timers li jaħdmu sigħat irregolari, u dan għandu jiġi kkalkulat skont il-paga bażika ta’ kull ġimgħa.

Skejjel tal-Knisja

Għalliema li jaħdmu fl-Iskejjel tal-Knisja mhumiex ikkunsidrati bħala uffiċjali pubbliċi u għalhekk il-Kontribuzzjoni tal-Leave għall-Fostering għandha titħallas fir-rigward tagħhom.

Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Iċ-Ċertifikat ta’ Fostering.
  • Irċevuti tal-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali maħruġa mill-Kummissarju tat-Taxxi (CfR), li tkopri sena qabel it-Talba tal-Leave għall-Fostering tal-Impjegat.
  • Slips tal-Paga għall-paga/salarju mħallsa waqt il-Fostering Leave.
  • FS3 tas-sena kalendarja preċedenti tal-Impjegat.
  • Fil-każ ta’ ġenituri separati, il-ġenitur li jagħmel it-talba għandu jipprovdi evidenza ċċertifikata li hu/hi jgawdi l-kustodja legali tat-tifel/tifla.
  • Lista ta’ Impjegati tal-kumpanija mill-JobsPlus, li tindika d-data tal-bidu tal-impjieg mill-inqas sena qabel it-Talba tal-Leave ta’ Fostering.

Kif tapplika

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.