Allowance għal Ġenitur Waħdu mhux Miżżewweġ
Ħarsa ġenerali
L-Allowance għal Ġenitur Waħdu mhux miżżewweġ tista’ tingħata lill-ġenitur waħdu u mhux miżżewweġ li m’għandux xogħol bi qligħ.
X’se tingħata
L-Allowance għal Ġenitur Waħdu mhux miżżewweġ titħallas kull erba’ (4) ġimgħat.
L-Allowance għal Ġenitur Waħdu mhux miżżewweġ titħallas b’rata sħiħa jekk l-applikant huwa waħdu, jgħix waħdu u għandu l-kura u l-kustodja ta’ tfal. Għaldaqstant, jekk l-applikant ikun qed jgħix ma ġenitur/i jew persuna oħra, l-applikant jkun intitolat għal 75% tar-rata tal-Allowance għal Ġenitur Waħdu mhux Miżżewweġ.
Minn Jannar 2022, il-benefiċjarji tal-Allowance għal Ġenitur Waħdu mhux Miżżewweġ se jkunu intitolati għall-allowance sħiħa għall-għoli tal-ħajja (COLA).
Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- L-applikant/a huwa/hija l-persuna responsabbli tal-familja u m’għandux/hiex xogħol bi qligħ.
- L-applikant/a i/trid i/tkun waħdu/waħeda u għandu/ha l-kura u l-kustodja ta’ tfal.
- L-applikant/agħandu/ha jissodisfa t-Test tal-Mezzi Kapitali. Ir-riżorsi kapitali għal persuna waħeda m’għandux jaqbeż l-erbatax-il elf ewro (€14,000).
- Kull dħul li ġej minn Kirjiet, Interessi Bankarji minn Kapital, Stokks u Ishma, Manteniment u kwalunkwe Dħul ieħor , m’għandux jeċċedi r-rata ta’ Għajnuna Soċjali skont il-familja.
Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali (jekk applikabbli):
- Kont tad-Dawl u l-Ilma riċenti fejn juri n-numru ta’ membri li jgħixu fid-dar.
- Rendikonti riċenti tal-Bank tal-kontijiet kollha lokali u barranin.
- Dokumenti relattivi tal-valur ta’ kwalunkweStokks / Ishma / Bonds u d-dħul li dieħel
- Valur tas-suq ta’ kull proprjetà vakanti f’Malta u / jew barra (li mhix Dar ta’ Residenza u / jew Residenza tas-Sajf).
- Kopja tal-irċevuta riċenti jew kuntratt tal-kera jekk id-dar tar-residenza tkun mikrija. Din għandha turi dettalji ta’ min ikun qed jagħmel il-ħlas tal-pagamenti tal-kera. Jew inkella tiġi mimlija id-dokument Anness 2 – Dikjarazzjoni tal-Kera mill-propjetarju tal-post mikri. Ikklikkja hawn biex tniżżel dan id-dokument.
- Kopja tal-kuntratt tal-kera jekk tirċievi kera li tkun ġejja minn proprjetajiet oħra.
- Dokument ta’ Korroborazzjoni (Anness 3) jekk l-applikant/a j/tkun qed tgħix ma’ terzi persuni. Ikklikkja hawn biex tniżżel dan id-dokument.
- Dokumenti dwar karozzi jew biċċiet tal-baħar fil-pussess.
- Dokument legali minn rappreżentant legali tal-ġenitur li qed jagħmel it-talba, fejn irid jissemma l-ġenitur li għandu l-kura u l-kustodja (de facto) tat-tifel/tifla/tfal, bid-dettalji kollha tal-tifel/tifla/tfal, u jkun ipprovdut ukoll id-data effettiva tal-kura u kustodja. Din id-dikjarazzjoni trid tinkludi ukoll ċertifikazzjoni jekk hux qed jitħallas manteniment lill-istess ġenitur li għandu l-kura u l-kustodja tat-tifel/tifla/tfal.
- Dokument fejn juri stipendu riċevut u ittra ta’ ammissjoni, f’każ li l-applikant/a miktub/a f’xi kors tal-Università jew MCAST.
Kif tapplika
Imla u ibgħat l-applikazzjoni online.