Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tirċievi aħbarijiet riċenti.

Q

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti tagħna dwar is-Sigurtà Soċjali u l-Politika Soċjali.

Aħbarijiet Reċenti:

Assistenza għal Persuna b’Vista Batuta

Ħarsa ġenerali

Assistenza għall-Persuna b’Vista Batuta tingħata lil persuna li jkollha 14-il sena jew aktar li hija kompletament jew parzjalment nieqsa mid-dawl.

X’ser jingħata

Assistenza għall-Persuna b’Vista Batuta titħallas kull 4 ġimgħat bil-quddiem.

Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • L-applikant jrid ikollu 14-il sena jew aktar
  • Applikant li kien eliġibbli għal Allowance għat-Tfal b’Diżabilità qabel l-età ta’ 14-il sena xorta jista’ jiġi eżaminat minn bord mediku. 
  • Applikazzjoni għall-Assistenza għal Persuna b’Vista Batuta mhux soġġetta għal Test tal-Meżżi Kapitali. Għalhekk applikant jista’ jkun qed iwettaq xogħol bi qligħ. Minn Jannar 2022, l-applikant ma jsirlux test tal-meżżi tad-dħul fil-ġimgħa. Għalhekk kemm il-Meżżi Kapitali kif ukoll il-Meżżi tad-Dħul fil-Ġimgħa mhux se jiġu kkunsidrati
  • Il-persuna tkun tbati mid-diżabilità qabel ma laħqet l-età ta’ 60 sena
  • Persuna li tkun diġà qed tirċievi il-ħlas għall-Assistenza għall-Persuna b’Vista Batuta li tagħlaq 60 sena, jkollha ir-rata tagħha miżjuda għall-ekwivalenti tar-rata tal-Pensjoni tal-Età
  • Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 90 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) japplikaw “Drittijiet Duplikati”, fejn benefiċjarju ma jistax jirċievi żewġ pensjonijiet; benefiċċji; assistenza jew allowance fl-istess ħin, iżda l-aħjar rata ta’ pensjoni; benefiċċju; assistenza jew allowance
  • Bord Mediku jiddeċiedi jekk il-każ in kwistjoni jaqax fil-parametri mediċi għal ħlas ta’ din l-assistenza

Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Rapport Mediku minn Speċjalista dwar il-Vista Batuta, li jista’ jitniżżel billi tikklikkja hawn
  • Kopja tal-karta tal-identità

Kif tapplika

Imla u ibgħat l-applikazzjoni online.