Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Assistenza għal Mard

Ħarsa ġenerali

L-Assistenza għal Mard tingħata lil persuna jekk turi provi li jissodisfaw lid-Direttur tas-Sigurtà Soċjali li l-persuna responsabbli tal-familja jew kwalunkwe membru tal-familja li jgħix fid-dar, qed tbati minn marda elenkata hawn taħt, li titfejjaq jew tittaffa biss b’dieta jew regoli dwar dieta speċjali li jġibu magħhom spiża addizzjonali.

  • Mard ta’ Natura Malinja
  • Mard Kardjovaskulari:
    • Falliment Konġestiv tal-Qalb
    • Pressjoni Għolja persistenti b’kejl tad-Dijastolika ‘l fuq minn 110 jekk baqgħet mhux trattata
  • Mard Endokrinali:
    • Il-marda ta’ Addison
    • Diabete Mellitus taż-Żgħar 
    • Disturbi kkawżati minn nuqqas ta’ Enżimi
  • Mard tal-Kliewi:
    • Sindromu Nefrotiku
    • Insuffiċjenza Renali Kronika
  • Sistema diġestiva:
    • Ulċera Peptika (fl-istonku u fid-duwodenu) Kronika
    • Il-Marda Coeliac u Stejatorreja Idjopatika
    • Il-Marda ta’ Crohn u Kolite Ulċerattiva
  • Mard tal-Fwied:
    • Ċirrożi Epatika flimkien ma’ Axxite jew Sintomi Newroloġiċi
    • Il-Marda ta’ Wilson
  • Iskiżofrenja Kronika
    • Bi-polar Disorder
    • Dipressjoni bi Psikosi
  • Infezzjoni bil-mikrobu tal-H.I.V.
  • Chronic lymphedema disease
  • Fibromyalgia
  • Myalgic Encephalomyelitis (ME)
  • Fibrous Dsyplasia
  • Mard Ieħor:
    • Ħsara Fiżika jew Mentali kkawżata mid-Dijabete Mellitus sew jekk konġenitali jew akkwiżita
    • Il-każijiet kollha tad-Dijabete
    • Mard Terminali

    X’se tingħata

    L-Assistenza għal Mard titħallas kull erba’ (4) ġimgħat bil-quddiem.

    L-ewwel pagament joħroġ mil-ewwel Sibt minn wara d-data ta’ l-applikazzjoni.

    Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

    Eliġibbiltà

    Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

    • L-assi kapitali ta’ koppja ma jridux jeċċedu sitta u għoxrin elfewro (€26,000,) u dawk ta’ persuna waħedha ma jridux jeċċedu sittax-il elf ewro (€16,000).
    • Għandhom kundizzjoni medika skont kif indikat fil-lista t’hawn fuq.
    • Id-dħul fil-ġimgħa ma jeċċedix mitejn u erba’ u tletin ewro u tmienja u tmenin ċenteżmu (€234.88) għal koppja u mitejn u għaxar ewro u sebgħa u disgħin ċenteżmu (€210.97) għal persuna waħedha.
    • Il-persuna ma tridx tkun impjegata jew sakemm ma’ taqlax aktar minn sbatax-il ewro u ħamsin ċenteżmu (€17.50) fil-ġimgħa.
    • F’każ ta’ koppja fejn wieħed jew waħda minnhom tkun qed tirċievi xi wieħed mill-assistenzi għal diżabilità u ma tkunx taħdem, dan id-dħul jiġi njorat.
    • F’każ ta’ koppja fejn wieħed jew waħda minnhom tkun qed tirċievi l-Allowance Miżjuda għal Carers u l-Allowance għal Carers, dan id-dħul jiġi njorat.
    • B’effett minn Jannar 2023, persuni li ma jkunux f’impjieg u li jkunu jirċievu l-benefiċċju kontributorju tal-Mard (SB), Benefiċċju tal-Qgħad (UB) jew Benefiċċju Speċjali tal-Qagħad (SUB) jistgħu jiġu ntitolati għall-Assitenza għal Mard jekk jissodisfaw it-test tal-mezzi tal-Assistenza għal Mard. F’dawn il-każijiet id-dħul li jkun ġej mill-Benefiċċju tal-Mard jew Benefiċċju tal-Qgħad se jkun qieħed jiġi njorat għall-finijiet ta’ test tal-mezzi fl-Għajnuna Medika.

    Dokumentazzjoni Meħtieġa

    Dokumentazzjoni ġenerali:

    • Rapport tat-Tabib – Ikklikkja hawn biex tniżżel dan id-dokument li jrid jiġi ffirmat u ttimbrat minn tabib.
    • Rendikont tal-kontijiet kollha tal-Bank, kemm dawk lokali kif ukoll dawk barranin.
    • Dikjarazzjonijiet / dokumenti relattivi dwar dħul li ġej minn pensjonijiet barranin.
    • Irċevuti u/jew kuntratt tal-kera, jekk tħallas il-kera ta’ fejn tirrisjedi.
    • Kopja tal-kuntratt tal-kera, jekk għand dħul minn renti ta’ propjetajiet oħra.
    • Logbook ta’ kull vettura li hemm fuq ismek.
    • Dokumenti/kuntratti relatati ma’ kwalukwe propjetà u/jew sehem fi propjetà.
    • F’każ li kien hemm xi donazzjonijiet kemm ta’ flus jew arja ta’ propjetà, trid tipprovdi kopja ta’ dokument/i legali neċessarji.
    • Jekk għandek sehem f’xi Stocks/Shares/Bonds, trid tipprovdi dokumenti relatati.
    • Jekk miżżewweġ/miżżewġa, f’unjoni ċivili jew koabitazzjoni (kemm jekk koabitazzjoni reġistrata jew le) u l-konjuġi jew sieħeb/sieħba jaħdem/taħdem, trid tipprovdi kopja tal-payslip.
    • F’każ ta’ separazzjoni jew divorzju, trid tipprovdi kopja tal-kuntratt ta’ separazzjoni jew dokumenti tad-divorzju.

    Kif tapplika

    Ladarba tiġi sottomessa u vverifikata l-applikazzjoni mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, wara titressaq għar-rakkomandazzjoni tal-Bord Mediku, maħtur skont l-Att tas-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.). Ladarba l-Bord japprova t-talba, tibda l-proċedura għall-ħlas. Jekk it-talba tiġi rrifjutata, il-persuna li tkun għamlet it-talba tiġi infurmata b’dan bil-miktub.

    Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.