Assistenza għal Mard

Ħarsa ġenerali

L-Assistenza għal Mard tingħata lil persuna jekk turi provi li jissodisfaw lid-Direttur tas-Sigurtà Soċjali li hi jew kwalunkwe membru tal-familja li jgħix fid-dar, qed tbati minn marda elenkata hawn taħt, li titfejjaq jew tittaffa biss b’dieta jew regoli dwar dieta speċjali li jġibu magħhom spiża addizzjonali.

  • Mard ta’ Natura Malinja
  • Mard Kardjovaskulari:
    • Falliment Konġestiv tal-Qalb
    • Pressjoni Għolja persistenti b’kejl tad-Dijastolika ‘l fuq minn 110 jekk baqgħet mhux trattata
  • Mard Endokrinali:
    • Il-marda ta’ Addison
    • Diabete Mellitus taż-Żgħar 
    • Disturbi kkawżati minn nuqqas ta’ Enżimi
  • Mard tal-Kliewi:
    • Sindromu Nefrotiku
    • Insuffiċjenza Renali Kronika
  • Sistema diġestiva:
    • Ulċera Peptika (fl-istonku u fid-duwodenu) Kronika
    • Il-Marda Coeliac u Stejatorreja Idjopatika
    • Il-Marda ta’ Crohn u Kolite Ulċerattiva
  • Mard tal-Fwied:
    • Ċirrożi Epatika flimkien ma’ Axxite jew Sintomi Newroloġiċi
    • Il-Marda ta’ Wilson
  • Iskiżofrenja Kronika
    • Bi-polar Disorder
    • Dipressjoni bi Psikosi
  • Infezzjoni bil-mikrobu tal-H.I.V.
  • Chronic lymphedema disease
  • Fibromyalgia
  • Myalgic Encephalomyelitis (ME)
  • Fibrous Dsyplasia
  • Mard Ieħor:
    • Ħsara Fiżika jew Mentali kkawżata mid-Dijabete Mellitus sew jekk konġenitali jew akkwiżita
    • Il-każijiet kollha tad-Dijabete
    • Mard Terminali

    X’se tingħata

    L-Assistenza għal Mard titħallas kull 4 ġimgħat bil-quddiem.

    L-ewwel pagament joħroġ mil-ewwel Sibt minn wara d-data ta’ l-applikazzjoni.

    Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

    Eliġibbiltà

    Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

    • L-assi kapitali ta’ koppja ma jridux jeċċedu €23,300 u dawk ta’ persuna waħedha ma jridux jeċċedu €14,000
    • Għandhom kundizzjoni medika skont kif indikat fil-lista
    • Id-dħul fil-ġimgħa ma jeċċedix €198.95 għal koppja u €175.04 għal persuna waħedha
    • Il-persuna ma tridx tkun impjegata u taqla’ aktar minn €17.50 fil-ġimgħa
    • F’każ ta’ koppja fejn wieħed jew waħda minnhom tkun qed tirċievi xi wieħed mill-assistenzi għal diżabilità u ma tkunx taħdem, dan id-dħul jiġi njorat
    • F’każ ta’ koppja fejn wieħed jew waħda minnhom tkun qed tirċievi l-Allowance Miżjuda għal Carers u l-Allowance għal Carers, dan id-dħul jiġi njorat
    • Sabiex armel jew armla jibqgħu eliġibbli għal Għajnuna għal Mard, jridu jkunu diġà pazjenti u għaldaqstant kienu diġà jirċievu l-Assistenza għal Mard f’isimhom

    Dokumentazzjoni meħtieġa

    Dokumentazzjoni ġenerali:

    • Rapport tat-Tabib – Ikklikkja hawn biex tniżżel dan id-dokument li jrid jiġi ffirmat u ttimbrat minn tabib
    • Rendikonti tal-Bank (kontijiet bankarji lokali u barranin)
    • Kopja tal-irċevuti tal-kera (jekk id-dar tar-residenza hija mikrija)
    • Kopja tal-ftehim tal-kera jekk il-kera tkun ġejja minn proprjetajiet oħra
    • Dokumenti relattivi dwar il-valur ta’ kwalunkwe Ħażniet / Ishma / Bonds u d-dħul derivat minnhom
    • Il-valur tas-suq ta’ kwalunkwe proprjetà vakanti (li mhix dar ta’ residenza u / jew residenza tas-sajf)
    • Dikjarazzjonijiet / dokumenti relattivi dwar dħul li ġej minn pensjonijiet barranin
    • Dokumenti dwar separazzjoni/Divorzju jekk ikun il-każ

    Kif tapplika

    Ladarba tiġi sottomessa u vverifikata l-applikazzjoni mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, wara titressaq għar-rakkomandazzjoni tal-Bord Mediku, maħtur skont l-Att tas-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.). Ladarba l-Bord japprova t-talba, tibda l-proċedura għall-ħlas. Jekk it-talba tiġi rrifjutata, il-persuna li tkun għamlet it-talba tiġi infurmata b’dan bil-miktub.

    Armel jew armla li jkunu diġà benefiċċjarji, m’għandhomx għalfejn jerġgħu japplikaw f’każ ta’ mewt tal-konjuġi. B’mod awtomatiku jibqa’ għaddej il-pagament tal-Assistenza għal Mard mingħajr interruzzjoni. 

    Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.