Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Għotja ta’ Darba – Korporazzjonijiet u Entitajiet Pubbliċi

Ħarsa ġenerali

Sabiex tiġi implimentata waħda mill-miżuri mħabbra fil-Baġit għas-sena 2023, il-Prim Ministru, il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u l-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, fasslu skema biex tipprovdi għotja ta’ darba għal persuni li:

  • kienu impjegati f’xi korporazzjoni jew entità fis-settur pubbliku wara li għamlu xi żmien iservu f’wieħed mill-korpi tax-xogħol imwaqqfa qabel l-1979; jew
  • kienu impjegati mal-Gas Board sakemm dan spiċċa u wara kienu impjegati mal-korporazzjoni Enemalta; jew
  • kienu apprentisti mal-Malta Electricity Board sakemm dan spiċċa u wara kienu impjegati mal-korporazzjoni Enemalta; jew
  • daħlu fl-impjieg mal-Korporazzjoni Telemalta bejn l-1 ta’ Jannar 1978 u l-15 ta’ Jannar 1979 u ma kkwalifikawx għal pensjoni tas-servizz u ma bbenefikawx minn xi skema ta’ għotja ta’ darba mill-2017 ‘l hawn.

Tifsir

“perjodu effettiv” tfisser il-perjodu bejn is-16 ta’ Jannar 1979, jew id-data tal-ħatra uffiċjali f’xi korporazzjoni jew entità fis-settur pubbliku jekk kienet wara d-data msemmija, u d-data meta l-applikant temm il-kariga tiegħu fis-settur pubbliku.

X’se tingħata

Il-ħlas tal-għotja jsir biss għal dawk l-applikazzjonjijiet li jikkwalifikaw u li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din l-Iskema. L-ammont tal-għotja għandu jitħallas lill-applikant permezz ta’:

  • Ċekk li jintbagħat bil-posta fl-indirizz li jidher fuq il-formola tal-applikazzjoni, jew
  • Jiġi ddepożitat dirett fil-kont tal-bank fejn tiġi ddepożitata l-pensjoni tal-istess applikant.

Ebda imgħax m’għandu jiżdied fuq l-ammont tal-għotja dovuta lill-applikant. Hija kundizzjoni ta’ din l-iskema li meta jaċċetta l-għotja l-applikant/a i/tkun qed j/tirrinunzja għal kull talba oħra u li j/tirtira kull kawża magħmula kontra l-Gvern, Awtorità jew xi entità pubblika

L-Iskema tista’ tkun mifruxa fuq għadd ta’ snin b’sejħiet separati għall-applikazzjonijiet minn żmien għal żmien. Kull sejħa tkun kull darba suġġetta għall-proċess ta’ verifika.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Din l-iskema tapplika għal persuni msemmija hawn fuq li għall-perjodu ta’ żmien ħadmu fis-settur pubbliku matul il-perjodu effettiv. L-applikant/a huwa / hija intitolat/a għall-għotja ta’ darba għas-servizz mogħti matul il-perjodu effettiv.
  • L-Iskema tapplika wkoll għall-eredi ta’ dawk l-individwi eliġibbli skont il-kundizzjonijiet tal-Iskema.
  • L-Iskema ma tapplikax għal dawk l-individwi li jirċievu, jew għandhom id-dritt li jirċievu, pensjoni skont l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet (Kap. 93.), l-Att dwar il-Pulizija (Kap. 164.) u l-Att dwar il-Forzi Armati ta’ Malta (Kap. 220.) jew xi pensjoni tas-servizz oħra.

Kif tapplika

Persuni li applikaw skont l-iskema tas-sena l-oħra u rċevew pagament għax kienu eleġibbli, m’għandhomx għalfejn jerġgħu japplikaw taħt din l-iskema. Iżda jekk persuna ġiet nieqsa, trid issir applikazzjoni ġdida mill-eredi tal-persuna. L-istess irid isir f’każ li l-eredi awtorizzat/a ġie/t nieqes/a.

Applikazzjonijiet ġodda taħt din l-Iskema għandhom isiru fuq il-formola tal-applikazzjoni murija fl-Iskeda ma’ din l-Iskema u għandu jkun fihom it-tagħrif u d-dettalji kollha kif meħtieġ fl-imsemmija formola u skont din l-Iskema.

Fil-każ ta’ applikazzjonijiet taħt din l-Iskema magħmula f’isem persuna mejta għandha ssir applikazzjoni mill-eredi. F’każ li jkun hemm aktar minn eredi wieħed, trid issir applikazzjoni waħda konġunta mill-eredi. Flimkien mal-applikazzjoni għandha wkoll tiġi ppreżentata dikjarazzjoni magħmula mingħand nutar li fiha jiġi ddikjarat min huwa/huma l-eredi tal-persuna mejta, liema persuna mejta kienet eliġibbli sabiex tapplika għal din l-Iskema. F’din id-dikjarazzjoni għandu jkun indikat min huwa/hija l-eredi awtorizzat/a li j/tirċievi l-għotja f’isem l-eredi l-oħra. Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jirriżerva d-dritt li jitlob għal aktar dokumenti minbarra d-dikjarazzjoni msemmija hawn fuq.

L-applikazzjonijiet għandu jkollhom mehmuża magħhom kull dokument u informazzjoni oħra li tista’ tintalab minn żmien għal żmien mill-Ministru responsabbli għall-Finanzi u x-Xogħol jew mill-Ministru responsabbli għal Politika Soċjali, u d-Drittijiet tat-Tfal.

Applikazzjonijiet taħt din l-Iskema, inklużi d-dokumenti li għandhom jiġu mehmuża mal-applikazzjoni, iridu jiġu sottomessi sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju 2023. Tista’ tniżżel l-applikazzjoni billi tikklikkja hawn.

L-applikazzjoni kompluta għandha tintbagħat jew bil-posta lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, f’38, Triq l-Ordinanza, il-Belt Valletta, VLT 1021; jew bili żżur il-url kuntattdss.gov.mt; jew inkella billi żżur l-eqreb uffiċċju reġjonali ta’ servizz.gov.