Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Eżenzjoni minn ħlas ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-Klassi 2

Ħarsa ġenerali

Persuna tista’ tiġi eżentata milli tħallas Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-Klassi 2 (Kontribuzzjonijiet imħallsa minn persuni li jaħdmu għal rashom) minħabba dħul baxx. L-ebda krediti mhu se jingħataw għal perjodu ta’ eżenzjoni.

X’ser jingħata

Persuna tiġi eżentata milli tħallas Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-Klassi 2.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Persuna li timpjega lilha nnifisha li, għalkemm taħdem, il-qligħ tagħha ma jkunx iżjed minn disa’ mija u għaxar (€910) ewro fis-sena kalendarja.

Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni ġenerali:

Dettalji tal-Impjieg:

  • Numru tal-VAT.
  • Qligħ u telf li juru dħul/profitt/telf tas-sena kalendarja preċedenti għall-perjodu ta’ eżenzjoni li qed tapplika għalih.

Kif tapplika

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.