Aħbarijiet Reċenti:

Ħlas ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali Neqsin għal Perjodu ta’ Xogħol fil-Libja

Ħarsa ġenerali

Din hija skema li jistgħu jibbenefikaw minnha residenti Maltin li huma assigurati f’Malta għal skop ta’ Sigurtà Soċjali; fejn applikanti jkunu jistgħu iħallsu kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali li jkunu neqsin mill-istorja kontributorja tagħhom. Dawn il-kontribuzzjonijiet neqsin iridu jkunu f’perjodu/i ta’ impjieg fil-Libja bejn l-1990 u l-2018. L-għan ta’ din l-iskema hu li jippermetti lill-applikanti, jew, li jikkwalifikaw għall-penzjoni kontributorja, jew inkella biex itejbu ir-rata kurrenti jew prospettiva tal-penzjoni tagħhom.

X’ser jingħata

Taħt din l-iskema, applikanti eliġibbli se jkunu jistgħu jħallsu l-ammont massimu ta’ 520 kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali (ekwivalenti għall-perjodu massimu ta’ 10 snin assigurazzjoni), liema kontribuzzjonijiet neqsin ma jkunux neċessarjament fl-aħħar 5 snin ta’ qabel id-data tal-applikazzjoni. Mhux permess li jitħallsu kontribuzzjonijiet arretrati għall-perjodu/i fejn l-applikanti ma jkunux residenti ordinarji f’Malta, u ma kienux f’impjieg fil-Libja.

Ir-rata applikabbli ta’ ħlas ta’ kontribuzzjonijiet arretrati hija r-rata standard tat-Tieni Klassi Rata SA, hekk kif tkun fis-sena li fiha jsir il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet arretrati.

Barra milli joħroġ kont ta’ kontribuzzjonijiet arretrati, id-dipartiment joħroġ ukoll stima approssimattiva ta’ kemm tkun ir-rata prospettiva tal-penzjoni sew; jekk jitħallsu l-arretrati u sew jekk le. L-applikanti jiġu infurmati ukoll jekk it-talba tagħhom tkun miċħuda, jew inkella jekk il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet arretrati ma jagħmel l-ebda differenza fir-rata prospettiva tal-penzjoni tagħhom.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • L-applikanti jridu jkunu residenti ordinarji f’Malta u jkunu assigurabbli għal skop ta’ Sigurtà Soċjali f’Malta
  • L-applikanti irid ikollom 64 sena jew inqas (jiġifieri ikunu għadhom m’għalqux il-65 sena fid- data tal-applikazzjoni)

Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • L-applikanti jrid ikollom provi dokumentati ta’ perjodu/i ta’ impjieg fil-Libja bejn l-1990 u l-2018
  • F’każi fejn baqgħu jitħallsu l-kontribuzzjonijiet lill-aġenzija tas-Sigurtà Soċjali Libjana (I.N.A.S.) wara l-1990, ikun hemm bżonn ta’ provi dokumentati ta’ dawn il-ħlasijiet
  • Armla li jkollha provi dokumentati ta’ perjodu/i ta’ impjieg fil-Libja bejn l-1990 u l-2018 tal-
    Konjuġi/Sieħeb/Sieħba

Kif tapplika

Imla u ssottometti l-applikazzjoni onlajn.

Font Resize
Contrast