Ħlas ta’ Kontribuzzjonijiet tas–Sigurtà Soċjali Neqsin
Ħarsa ġenerali
Din l-iskema hija maħsuba għar-residenti Maltin jew persuni reġistrati taħt l-Att dwar is-sigurtà soċjali Maltija (Kap. 318.). L-applikanti eliġibbli jistgħu jħallsu b’lura kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali li huma nieqsa mill-istorja tal-kontribuzzjoni rispettiva tagħhom.
X’ser jingħata
Permezz ta’ din l-iskema persuna tistgħa jsir eliġibbli għall-pensjoni kontributorja tas-sigurtà soċjali, jew inkella jikkontribwixxu f’titjib fir-rata ta’ ħlas tal-benefiċċji attwali jew potenzjali.
Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jipproċessa kull applikazzjoni li jirċievi u, apparti minn Rendikont ta’ Arretrati, joħroġ ukoll stima komparattiva tar-rata tal-pensjoni skond l-arretrati mniżżla mħallsa jew le. L-applikanti jiġu nfurmati wkoll formalment jekk l-applikazzjoni tagħhom ġietx irrifjutata jew jekk il- ħlas tal-kontribuzzjonijiet nieqsa eventwalment mhux se jżid ir-rata tal-pensjoni tagħhom.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- L-applikanti għandhom ikunu normalment residenti f’Malta u reġistrati taħt l-Att tas-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.)
- L-applikanti għandhom ikunu bl-eta’ ta’ bejn id-59 u l-64 sena (ikunu għadhom m’għalqux il- 65 sena)
- L-applikanti għandhom attwalment jaħdmu bi qligħ u jiġu rreġistrati bħala tali mill-Aġenzija tax-Xogħol Jobsplus
- Minn Jannar 2022 persuni li laħqu l-eta’ ta’ 59 sena u li jkunu qed jirċievu Pensjoni għall-Invalidita’ ser ikunu jistgħu iħallsu sa massimu ta’ 5 snin kontribuzzjonijiet
- Persuni li kienu f’impjieg qabel twaqfet l-JobsPlus fil-1990 u ma jkollhomx rekord li ħallsu l-kontribuzzjonijiet waqt l-istess impjieg, ser jingħataw il-possibilta li jħallsu sa massimu ta’ 5 snin kontribuzzjonijiet nieqsa. Il-linji gwida huma:
- L-applikant ikun laħaq l-eta’ tal-irtirar
- Ma jkunx jikkwalifika għall-pensjoni kontributorja
- L-impjieg li ma jaqbizx il-31 ta’ Dicembru 1990
- L-impjieg ikun ġie reġistrat mal-JOBs+ qabel it-12 ta’ Ottubru 2021
- Minkejja li hemm impjieg reġistrat ma hemmx kontribuzzjonijiet imħallsin
Skond id-dispożiżżjonijiet ta’ din l-iskema, l-applikanti eliġibbli jistgħu jitħallew iħallsu massimu ta’ 260 Kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali (ekwivalenti għal 5 snin ta’ assigurazzjoni), li mhux neċessarjament għandhom ikunu jinsabu fl-aħħar ħames snin qabel id-data tal-applikazzjoni. Il-ħlas ta’ arretrati ta’ kontribuzzjonijiet m’huwiex permess għal perjodu meta l-applikant ma kienx normalment residenti f’Malta.
Ir-rata applikabbli dovuta għall-ħlas ta’ Arretrati tal-Konrtibuzzjonijiet hija r-rata standard ta’ Klassi 2 (SA) kif applikabbli għas-sena tal-ħlas.
Kif tapplika
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.