Aħbarijiet Reċenti:

Ħlas Volontarju ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-Klassi 2

Ħarsa ġenerali

Il-Ħlas Volontarju tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-Klassi 2 jsir sabiex ikun evitat li jkun hemm nuqqasijiet fil-lista tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali.

X’se tingħata

Permezz ta’ dan il-pagament ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, persuna ssaħħaħ il-lista tal- kontribuzzjonijiet tagħha u għalhekk l-eliġibbiltà tiegħu / tagħha għal Pensjoni Kontributorja tas-sigurtà soċjali.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • L-applikant kien/huwa impjegat/jaħdem għar-rasu matul il-perjodu/i ta’ assigurabilità, maħsub biex ikun kopert mill-applikazzjoni
  • L-applikant Ibbenefika minn Skema tal-Irtirar Kmieni jew Volontarja (ERS/VRS), kif approvat mill-Gvern ta’ Malta
  • L-applikant kien qed iħallas Kontribuzzjonijiet tal-Klassi 2 sal-5 ta’ Jannar, 2004

Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • F’każ li l-applikant ibbenefika minn Skema tal-Irtirar Kmieni jew Volontarja (ERS/VRS), kopja tal-ftehim (ERS/VRS) irid jiġi mehmuż mal-applikazzjoni

Kif tapplika

Imla u ssottometti l-applikazzjoni onlajn.

Font Resize
Contrast