Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Ħlas Volontarju ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-Klassi 2

Ħarsa ġenerali

Il-Ħlas Volontarju tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-Klassi 2 jsir sabiex ikun evitat li jkun hemm nuqqasijiet fil-lista tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali.

X’se tingħata

Permezz ta’ dan il-pagament ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, persuna ssaħħaħ il-lista tal- kontribuzzjonijiet tagħha u għalhekk l-eliġibbiltà tiegħu / tagħha għal Pensjoni Kontributorja tas-sigurtà soċjali.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • L-applikant/a kien/et jew huwa/hija mpjegat/a jew j/taħdem għar-rasu/ha matul il-perjodu/i ta’ assigurabilità, maħsub biex i/tkun kopert/a mill-applikazzjoni.
  • L-applikant/a ibbenefika/t minn Skema tal-Irtirar Kmieni jew Volontarja (ERS/VRS), kif approvat mill-Gvern ta’ Malta.
  • L-applikant/a kien/et qed i/tħallas Kontribuzzjonijiet tal-Klassi 2 sal-5 ta’ Jannar, 2004.
  • L-applikanti jridu jkunu persuni waħedhom li mgħandhomx qligħ mix-xogħol.

Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • F’każ li l-applikant/a ibbenefika/t minn Skema tal-Irtirar Kmieni jew Volontarja (ERS/VRS), kopja tal-ftehim (ERS/VRS) irid jiġi mehmuż mal-applikazzjoni.

Kif tapplika

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.