Pensjoni tal-Irtirar – Evalwazzjoni Tentattiva

Ħarsa ġenerali

Persuna tista’ titlob evalwazzjoni tentattiva ta’ Pensjoni Kontributorja biex issir taf x’inhu d-dħul tal-pensjoni tagħha meta tirtira.

X’se tingħata

Valutazzjoni tentattiva se tippreżenta lill-persuna li qegħdha tapplika bi:

  • Stampa ċara ta’ x’ser tkun il-pensjoni tas-Sigurtà Soċjali tagħha
  • Opportunità li tħallas kontribuzzjonijiet nieqsa f’każ ta’ nuqqasijiet fil-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali matul is-snin
  • Rati ta’ pensjoni differenti f’età ta’ pensjoni differenti
  • Jekk persuna tkun eliġibbli għal pensjoni u iktar

Eliġibbiltà

Kriterji ġenerali ta’ eliġibbiltà:

  • Persuna qabel ma tilħaq l-età tal-pensjoni (mis-57 sena ‘l quddiem)
  • Persuna li kienet impjegata u tħallas kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali qabel l-età tal-pensjoni

Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni Ġenerali:

  • Ma tintalab l-ebda dokumentazzjoni partikolari peress li l-evalwazzjoni tentattiva hija kkalkulata fuq l-informazzjoni attwalment relatata mid-dipartiment
  • Jekk il-persuna kienet impjegata barra minn Malta, prova tal-kontribuzzjonijiet imħallsa barra l-pajjiż tkun meħtieġa

Kif tapplika

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.