Ċertifikazzjoni tal-Benefiċċju – Benefiċjarji Barranin
Ħarsa ġenerali
Jekk inti benefiċjarju tas-sigurtà soċjali għal pensjoni tal-irtirar, pensjoni tal-invalidità, jew pensjoni tar-romol mħallsa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ta’ Malta u bħalissa qed tgħix u titħallas barra l-pajjiż tista’ tiġġenera ċ-ċertifikat tar-rata tal-benefiċċju online.
X’se tingħata
Iċ-ċertifikat tar-rata tal-benefiċċju jipprovdilek informazzjoni dwar it-tip ta’ pensjoni tiegħek u l-ammont tal-pagament tiegħek. Barra minn hekk, iċ-ċertifikat se jinkludi numru ta’ referenza uniku tad-dokument biex jikkonferma l-awtentiċità tiegħu.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Biex tkun eliġibbli għal dan is-servizz, trid tkun benefiċjarju tas-sigurtà soċjali għal pensjoni tal-irtirar, pensjoni tal-invalidità, jew pensjoni tar-romol u li bħalissa qed tgħix u titħallas barra l-pajjiż. L-informazzjoni tiegħek trid taqbel mar-rekords fis-sistema tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali sabiex ikun jista’ jiġi ġġenerat iċ-ċertifikat.
Dokumentazzjoni meħtieġa
M’hemmx bżonn ta’ dokumentazzjoni biex tiġġenera ċ-ċertifikat tar-rata tal-benefiċċju tiegħek permezz tas-servizz online. Madankollu, se jkollok bżonn tipprovdi n-numru tal-pensjoni tiegħek, id-data tat-twelid u t-tip ta’ pensjoni. Tista’ tagħżel li tissejvja ċ-ċertifikat fuq l-apparat tiegħek, tirċievi ċ-ċertifikat tiegħek permezz ta’ email, tipprintja jew tniżżel kopja.
Kif taċċessa dan is-servizz
Biex tiġġenera ċ-ċertifikat tar-rata tal-benefiċċju tiegħek, ikklikja hawn.
Jekk waqt li tkun qed tipprova taċċessa dan is-servizz online tiltaqa’ ma’ xi kwistjoni jew teħtieġ assistenza biex taċċessa dan is-servizz, is-sapport huwa disponibbli permezz tal-helpdesk tagħna:
- Żur il-paġna tagħna Ikkuntattjana, agħżel mySocialSecurity, u agħti d-dettalji tal-kwistjoni tiegħek, jew
- Ibbukkja sejħa bil-Microsoft Teams ma’ membru mit-tim tal-Unità għall-Immaniġjar tal-Informazzjoni.