Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Dati tal-Pagamenti

Ħarsa ġenerali

Huwa sempliċi li ssir taf meta tantiċipa li tirċievi l-pagamenti tal-benefiċċji tiegħek grazzi għall-kalendarju tad-dati tal-pagamenti tas-sigurtà soċjali għas-sena kurrenti li huwa organizzati skont il-grupp. Id-dati tal-pagamenti għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali, li jistgħu jsiru għal perjodu ta’ kull ġimgħa, erba’ (4) ġimgħat, jew tlettax (13)-il ġimgħa, huma murija f’sekwenza kronoloġika. Nhar ta’ Sibt, il-pagamenti jsiru permezz ta’ kreditu dirett, li jfisser li jiġu trasferiti direttament fil-kont bankarju tiegħek kif reġistrat mas-sistema tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali (SABS).

Jekk id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali nnotifikak li l-applikazzjoni tiegħek għal benefiċċju tas-sigurtà soċjali ġiet approvata, tiġi nfurmat bl-ammont kif ukoll bid-data tal-ewwel pagament iddepożitat għal dak il-benefiċċju.  Għaldaqstant, inti tkun tixtieq li jkollok viżabilità tad-dati tal-pagamenti tal-aħħar ħames (5) snin sal-aħħar tas-sena kurrenti.

X’se tingħata

Ara skeda tad-dati tal-pagmenti għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali għas-sena kurrenti, organizzati skont il-grupp.

Gruppi tad-Dati tal-Pagamenti għall-Benefiċċji:

  • Benefiċċji għall-Familja.
  • Benefiċċji mhux Kontributorji.
  • Għajnuna Medika.
  • Għotjiet, Bonuses u Skemi.
  • Pensjonijiet Kontributorji.
  • Xogħol, Inċentivi u Benefiċċji għal Diżimpjieg.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibilità ġenerali:

Kull ċittadin jista’ jaċċessa l-iskeda tad-dati tal-pagamenti għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali.

Kif taċċessa dan is-servizz

Biex taċċessa s-servizz tad-Dati tal-Pagamenti, ikklikkja hawn.

Jekk waqt li tkun qed tipprova taċċessa dan is-servizz online tiltaqa’ ma’ xi kwistjoni jew teħtieġ assistenza biex taċċessa dan is-servizz, is-sapport huwa disponibbli permezz tal-helpdesk tagħna:

  • Żur il-paġna tagħna Ikkuntattjana, agħżel ‘mySocialSecurity’ mil-lista li tinżel u agħti d-dettalji tal-kwistjoni tiegħek, jew
  • Ibbukkja sejħa bil-Microsoft Teams ma’ membru mit-tim tal-Unità għall-Immaniġjar tal-Informazzjoni.