Dati tal-Pagamenti
Ħarsa ġenerali
Huwa sempliċi li ssir taf meta tantiċipa li tirċievi l-pagamenti tal-benefiċċji tiegħek grazzi għall-kalendarju tad-Dati tal-Pagamenti tas-sigurtà soċjali għas-sena kurrenti li huwa organizzati skont il-grupp. Id-dati tal-pagamenti għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali, li jistgħu jsiru għal perjodu ta’ kull ġimgħa, erba’ (4) ġimgħat, jew tlettax (13)-il ġimgħa, huma murija f’sekwenza kronoloġika. Nhar ta’ Sibt, il-pagamenti isiru permezz ta’ kreditu dirett, li jfisser li jiġu trasferiti direttament fil-kont bankarju tiegħek.
Jekk id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali nnotifikak li l-applikazzjoni tiegħek għal benefiċċju tas-sigurtà soċjali ġiet approvata, tista’ tkun qed tistaqsi meta ser tirċievi l-ewwel ħlas tiegħek. Għaldaqstant, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jibgħatlek ittra fejn jinfurmak bl-ammont u d-data tad-depożitu tal-ewwel pagament.
X’se tingħata
Ara skeda tad-dati tal-pagmenti għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali għas-sena kurrenti, organizzati skont il-grupp.
Gruppi tad-Dati tal-Pagamenti għall-Benefiċċji:
- Benefiċċji għall-Familja.
- Benefiċċji mhux Kontributorji.
- Għajnuna Medika.
- Għotjiet, Bonuses u Skemi.
- Pensjonijiet Kontributorji.
- Xogħol, Inċentivi u Benefiċċji għal Diżimpjieg.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibilità ġenerali:
Kull ċittadin jista’ jaċċessa l-iskeda tad-dati tal-pagamenti għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali.
Kif taċċessa dan is-servizz
Biex taċċessa s-servizz tad-Dati tal-Pagamenti, ikklikkja hawn.