Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Dettalji Personali – Aġġorna

Ħarsa ġenerali

Dan is-servizz jippermettilek titlob għal aġġornament tad-dettalji personali tiegħek imqabbla ma’ dawk fuq il-Karta tal-Identità Maltija tiegħek, li int stajt identifikajt bħala mhux korretti fuq ir-rekords tad- Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Tista’ titlob għall-aġġornamet tal-isem, kunjom, identifikazzjoni tas-sess, data tat-twelid u stat ċivili. Dan huwa meħtieġ jekk dawn id-dettalji ma jaqblux ma’ dawk li hemm fuq il-Karta tal-Identità tiegħek, peress li jista’ jimpatta ċerta benefiċċji jew servizzi li joffri d-dipartiment. Tista’ tara dawn id-dettalji billi tikklikkja hawn.

X’ser jingħata

Tista’ titlob li taġġorna d-dettalji li ġejjin skont il-Karta tal-Identità Maltija tiegħek: 

  • Numru tal-Karta tal-Identità.
  • Isem u Kunjom.
  • Identifikazzjoni tas-Sess.
  • Data tat-twelid.
  • Stat Ċivili (dan mhuwiex parti mid-dettalji li ssib fuq il- Karta tal-Identità Maltija) 

Wara li tissottometti, id-dipartiment jivverifika dawn it-talbiet li għamilt mal-aġenzija governattiva Maltija Identità. Il-verifikazzjoni tista’ tieħu bejn ħames (5) sa għaxart (10) ijiem, skont il-każ. Ladarba jiġu vverifikati u kkonfermati, id-dettalji tiegħek jiġu aġġornati fuq is-sistema tad-Dipartiment tas- Sigurtà Soċjali. Inti tiġi nfurmat bir-riżultat jekk it-talba tiegħek saret online u waqt is-sottomessjoni tlabt li tintbagħtlek notifikazzjoni b’email. Jekk it-talba tiegħek għamiltha f’xi ċentru ta’ servizz.gov, int tista’ tindika jekk tridx tkun infurmat b’email jew b’numru ta’ kuntatt.

Eliġibbiltà

  • Trid tkun detentur ta’ Karta tal-Identità Maltija li tispiċċa b’ittri M, G, L, M, P u A. 

Dokumenti Neċessarji

  • M’hemmx bżonn ta’ dokumentazzjoni jekk it-talba hi għal tibdil fl-Isem, Kunjom, Numru tal-Karta tal-Identità, Identifikazzjoni tas-Sess u Data tat-Twelid.
  • F’każ li t-talba hi għal tibdil fl-Istat Ċivili, trid tipprovdi dawn li ġejjien:
    • Ċertifikat taż-Żwieġ jekk iż-żwieġ ma kienx reġistrat mar-Reġistru Pubbliku ta’ Malta, f’każ li qed titlob għal dan it-tibdil.
    • Kuntratt tad-Divorzju f’każ li qed titlob għal dan it-tibdil.
    • Kuntratt ta’ Unjoni Ċivili f’każ li qed titlob għal dan it-tibdil.
    • Kuntratt ta’ Koabitazzjoni f’każ li qed titlob għal tibdil għal koabitazzjoni reġistrata.
    • M’hemmx bżonn ta’ dokumentazzjoni f’każ ta’ koabitazzjoni mhux reġistrata mar-Reġistru Pubbliku ta’ Malta, peress li d-dipartiment jagħmel il-verifiki meħtieġa minn naħa tiegħu.
    • M’hemmx bżonn ta’ dokumentazzjoni għal talba ta’ tibdil għal tar-Romol, peress li d-dipartiment jagħmel il-verifiki neċessarju minn naħa tiegħu.
    • F’każ ta’ talba għal tibdil għal persuna waħeda, hemm bżonn biss tad-data ta’ tibdil f’dan l-istat u d-dipartiment jagħmel il-verifiki neċessaarji minn naħa tiegħu.

Kif tapplika

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.

Rispons