Dettalji ta’ Kuntatt
Ħarsa ġenerali
Qabel taġġorna l-indirizz postal malti tiegħek kif miżmum mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, l-ewwel trid tibdel id-dettalji fuq il-Karta tal-Identità tiegħek mal-aġenzija tal-Gvern Malti Identità. Dan il-pass huwa essenzjali biex tinżamm il-konsistenza fir-rekords uffiċċjali.
Jekk trid taġġorna l-indirizz postali rreġistrat mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali meta tmur barra minn Malta jew tirritorna, ikklikkja hawn. Dan l-aġġornament ma jkunx b’effett immedjat, peress li jkun hemm bżonn ta’ verifika mid-Dipartiment.
X’se tingħata
Minn dan is-servizz int tista’ taġġorna d-dettalji ta’ kuntatt hekk kif miżmum mid-Dipartiment ta’ Sigurtà Soċjali li jinkludu:
- Indirizz Postali (hija mandatorji li jiddaħħal il-kodiċi ta’ posta korrett).
- Indirizz Postali ta’ barra sakemm tibqa’ fl-istess pajjiż u diġa rreġistrat mad-Dipartiment ta’ Sigurtà Soċjali.
- Email.
- Numru ta’ Kuntatt tad-Dar.
- Numru ta’ Kuntatt tal-Mowbajl.
- Notifika ta’ SMS għall-Pagamenti: Dan is-servizz huwa esklussivament għall-benefiċjarji li l-pagamenti tagħhom jidħlu dirett il-bank. Dan mhux offrut għall-pagamenti maħruġin b’ċekk.
Meta titlob l-aġġornament tad-dettalji tal-kuntatt tiegħek minn xi ċentru ta’ Servizz.gov u l-persuna li tagħmel din it-talba tipprovdi indirizz tal-email, tinħareġ notifika b’email lil din il-persuna, kemm waqt is-sottomessjoni kif ukoll meta l-aġġornament ikun ipproċessat. Jekk ma jiġix ipprovdut indirizz tal-email, l-aġent ta’ Servizz.gov jitlob għal numru ta’ kuntatt ta’ mowbajl biex minflok tinħareġ notifika b’SMS. Dawn in-notifikazzjonijiet iservu bħala konferma li t-talba tal-aġġornament waslet u ġiet ipproċessata mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
Eliġibbiltà
Jekk m’għandekx Karta tal-Identità Maltija, u b’hekk ifisser li int għadek mhux irreġistrat mal-aġenzija tal-gvern malti Identità, tista’ taġġorna id-dettalji ta’ kuntatt tiegħek mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali billi żżur wieħed miċ-ċentri reġjonali ta’ servizz.gov.
Tista’ tagħmel talba biex taġġorna id-dettalji ta’ benefiċjarju/a li int responsabbli għalih/a, ladarba int tkun irreġistrat/a mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali bħala Amministratur responsabbli għal dan il-benefiċjarju. Għandek bżonn dokumentazzjoni uffiċċjali tiegħek għal din it-talba sabiex issir verifikazzjoni. Din it-talba ma tistax issir, online imma trid tattendi personalment f’wieħed miċ-ċentri reġjonali ta’ Servizz.gov.
Rekwiżiti
Biex tuża dan is-servizz online ikollok bżonn:
- Kont ta’ e-ID maħruġ mill-aġenzija tal-gvern Malti Identità biex tagħmel l-aġġornament online.
- Jekk m’għandekx kont ta’ e-ID trid iżżur xi ċentru ta’ Servizz.gov u tipprovdi:
- Dokument uffiċċjali biex tapprova l-identità tiegħek, bħal Passaport validu jew Dokument ta’ Residenza.
- Kopja tal-kuntratt tal-kera jew kopja riċenti tal-kont tad-Dawl u l-Ilma.
Kif taċċessa dan is-Servizz
L-utent irid jawtentika bil-e-ID tiegħu sabiex jaċċessa s-servizz tad-Dettalji ta’ Kuntatt.
Jekk waqt li tkun qed tuża dan is-servizz tiltaqa’ ma’ xi kwistjoni jew teħtieġ assistenza:
- Żur il-paġna tagħna Ikkuntattjana, agħżel ‘Dettalji ta’ Kuntatt’ mil-lista li tinżel taħt il-grupp mySocialSecurity, u pprovdi d-dettalji tal-mistoqsija tiegħek, jew
- Ibbukkja sejħa bil-Microsoft Teams ma’ membru mit-tim tal-Unità għall-Immaniġjar tal-Informazzjoni.




