Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Ħatra ta’ Amministratur jew Aġent ta’ Amministratur għal Pensjonijiet u Benefiċċji għal Pensjonijiet

Ħarsa ġenerali

Il-ħatra ta’ amministratur sabiex jaġixxi f’isem persuna b’diżabilità mentali jew oħra, kif ukoll f’isem persuna taħt it-18-il sena li ma tistax taġixxi f’isimha stess. Amministratur jista’ jaċċetta jaħtar persuna sabiex taġixxi bħala aġent f’isimha.

X’ser jingħata

Persuna taġixxi f’isem benefiċjarju tas-Sigurtà Soċjali

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Persuna fdata tista’ taġixxi bħala Amministratur jew Aġent ta’ Amministratur għal benefiċċjarju

Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Ikklikja hawn biex tniżżel id-dokument ta’ dikjarazzjoni ta’ Amministratur / Aġent / Xhud
  • L-amministratur li jkun se jinħatar għandu jiġi awtentikat permezz ta’ rakkomandant bħal Qassis, Tabib jew Speċjalista, Gradwat tal-Università, Membru tal-Parlament, Maniġer ta’ Bank, Uffiċjal Pubbliku mhux inqas minn grad ta’ Prinċipal jew Uffiċjal tal-Pulizija mhux taħt il-grad ta’ Spettur 
  • F’każ ta’ Pensjoni ta’ Diżabilità, it-taqsima ta’ xhud trid timtela strettament minn Tabib jew Speċjalista

Kif tapplika

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.

M’hemmx għalfejn tissottometti applikazzjoni jekk tkun saret prokura ġenerali quddiem Nutar Pubbliku jew il-Qorti tkun ħatret Amministratur.