Issottometti Dokumenti
Ħarsa ġenerali
Dan is-servizz jipprovdi l-faċilità sabiex jittellgħu kopji tad-dokumenti mitluba b’ittra tas-Sejħa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
Is-servizz
Dan is-servizz jippermetti liċ-ċittadin itella’ kopja tad-dokumenti mitluba mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Kont ta’ e-ID validu u attiv maħruġ minn Identity Malta; jew
- Numru tad-Dokument indikat fl-Ittra tas-Sejħa
Kif taċċessa s-servizz
Ladarba r-rikorrent jirċievi Ittra ta’ Sejħa maħruġa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, is-servizz Issottometti Dokumenti jkun jista’ jiġi aċċessat.