Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali – Rekord

Ħarsa ġenerali

Permezz ta’ dan is-servizz tista’ tara rekord ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tiegħek. Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali għas-sena l-oħra jiġu murija f’Diċembru tas-sena ta’ wara. Għal kull sena mħallsa jigu murija dawk il-kategoriji ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali u krediti ta’ Klassi 1 li jirreferu għal persuni impjegati, kif ukoll Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali u krediti ta’ Klassi 2 / Klassi 3 li jirreferu għal persuni li jaħdmu għalihom infushom / jimpjegaw lilhom infushom.

X’se tingħata

  • Rekord ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tiegħek.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Kont ta’ e-ID maħruġ minn Identity Malta.

Kif taċċessa s-servizz

L-utent irid jawtentika sabiex jaċċessa r-rekord ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tiegħu.