Lista ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali Mħallsa
Ħarsa ġenerali
Permezz ta’ dan is-servizz tista’ tara lista ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali mħallsa tiegħek. Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali għas-sena l-oħra jiġu murija f’Diċembru tas-sena ta’ wara. Għal kull sena mħallsa jigu murija dawk il-kategoriji ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali u krediti ta’ Klassi 1 li jirreferu għal persuni mpjegata, kif ukoll Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali u krediti ta’ Klassi 2 / Klassi 3 li jirreferu għal persuni li jaħdmu għalihom infushom / jimpjegaw lilhom infushom.
X’se tingħata
- Lista ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali imħallsa tiegħek
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Kont ta’ e-ID validu u attiv maħruġ minn Identity Malta
Kif taċċessa s-servizz
L-utent irid jawtentika sabiex jaċċess il-lista ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali mħallsa tiegħu.