Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Notifikazzjoni ta’ Proċediment Barra minn Malta

Ħarsa ġenerali

Jekk inti benefiċjarju tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u tirċievi xi benefiċċju tas-sigurtà soċjali taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318) huwa importanti li bidliet fiċ-ċirkustanzi tiegħek jiġu rrappurtati immedjatament lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Huwa importanti li tiċċekkja xi bdil fiċ-ċirkustanzi li jirrikjedu li jiġu rrapurtati skont il-benefiċċju li tkun qed tirċievi.

Jekk qed tippjana li tivvjaġġa barra minn Malta, kemm jekk temporanjament jew permanenti, għal aktar minn tliet (3) xhur, huwa importanti li tavża lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali biex tiżgura u tevalwa l-kontinwità tal-ħlasijiet tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali tiegħek jekk għandhomx jitwaqqfu jew jitkomplew. Dan jinkludi ukoll l-aġġornament tal-dettalji ta’ kuntatt tiegħek kif miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Proċediment barra minn Malta, tirreferi għall-azzjoni li titlaq minn Malta biex tivvjaġġa jew tirriloka f’pajjiż barrani.

Għandek iżżomm f’moħħok li meta tkun applikajt għal benefiċċju, int iddikjarajt li tinforma lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ta’ Malta b’kull tibdil fiċ-ċirkostanzi lid-Direttur Ġenerali (Sigurtà Soċjali). Jekk id-Direttur Ġenerali (Sigurtà Soċjali) ma jiġix infurmat b’tali bidla fiċ-ċirkustanza, id-dritt għall-benefiċċju, jew parti minnu, jista’ jintilef jew jirriżulta f’ħlas żejjed.

Benefiċċju jew Assistenza Mhux Kontributorja mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) mhumiex esportabbli, jiġifieri l-benefiċċju jew l-assistenza li tkun qed tirċievi, jkollhom jiġu mwaqqfa. Għalhekk, jekk qed tirċievi dawn it-tipi ta’ benefiċċji u tmur tgħix f’pajjiż ieħor barra minn Malta, ma tkunx aktar eliġibbli biex tirċievi l-benefiċċju jew l-għajnuna mhux kontributorja li ngħatatlek. Madankollu, jidħlu fis-seħħ restrizzjonijiet limitati tal-ivvjaġġar għal benefiċċji speċifiċi, li jinkludu Assistenza Soċjali u Pensjoni tal-Età.

Mill-banda l-oħra, Benefiċċji Kontributorji speċifiċi u pensjonijiet imħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) li jinkludu l-Pensjoni tal-Irtirar, il-Pensjonijiet tar-Romol u tal-Invalidità, Benefiċċju għal Qgħad u Benefiċċju tal-Mard huma esportabbli. Fil-waqt li l- huwa esportabbli fl-Unjoni Ewropea (UE), ifisser li dawn il-benefiċċji jew pensjonijiet jitkomplew jittieħdu.

X’se tingħata

Meta tinforma lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali dwar kwalunkwe tibdil fiċ-ċirkustanzi tiegħek li se tkun sejjer barra minn Malta, tkun qed tiżgura li l-benefiċċi u l-informazzjoni tiegħek, ikunu immaniġġjati sakemm tkun qiegħed barra minn Malta. Dan jinkludi aġġornamenti tad-dettalji ta’ kuntatt, biex jiġi żgurat li l-benefiċċji jitkomplew joħorġu mingħajr interrazzjoni, fejn applikabbli.

Eliġibbiltà

Residenti ta’ Malta li qed jippjanaw li jsiefru jew jirrilokaw għal pajjiż ieħor barrani iridu:

  • Jindikaw il-pajjiż fejn sejrin.
  • Jispeċifikaw ir-raġuni u t-tul ta’ żmien tas-safar.
  • Jindikaw jekk hux ser “Jipproċedu jew Jirrelowkaw barra minn Malta” jew “Jipproċedu b’ mod permanenti f’pajjiż ieħor” u jimlew id-dati relatati.
  • Dettalji ta’ Kuntatt ġodda, jekk qed tipproċedi b’mod permanenti jew tirreloka għal aktar minn sittin (60) jum barra minn Malta. F’każ ta’ benefiċjarji li jirċievi Allowances għal Tfal u/jew Allowances għal Tfal b’Diżabilità, id-dettalji ta’ Kuntatt ġdid huwa mitlub, jekk se tipproċedi barra minn Malta għal aktar minn disgħin (90) jum.

Mhux Kontributorju

Persuna li tirċievi Pensjoni tal-Età, li hija pensjoni Mhux Kontributorja, tista’ tivvjaġġa għal massimu ta’ tliet (3) xhur lejn l-Awstralja, New Zealand jew il-Kanada matul sena kalendarja, mingħajr ma titlef l-ebda intitolament għal dak it-tip ta’ pensjoni.

Il-benefiċjarji tal-Assistenza Soċjali u l-Pensjoni tal-Età jistgħu jivvjaġġaw sa massimu ta’ xahar (1) f’sena kalendarja lejn pajjiż barra l-Unjoni Ewropea (UE).

Dan il-kunsens jingħata biss, jekk tinforma lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali qabel it-tluq tiegħek. In-nuqqas li tirrapporta l-ivvjaġġar tiegħek, anki jekk żort dawn il-pajjiżi, jista’ jirriżulta fil-waqfien tal-ħlas tal-benefiċċji.

Kontributorju

Il-benefiċċji u l-pensjonijiet Kontributorji mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) huma esportabbli fis-sebgħa u għoxrin (27) pajjiż tal-Unjoni Ewropea (UE) u li jinkludu ukoll l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, l-Isvizzera u f’ċirkostanzi speċifiċi, lejn ir-Renju Unit. Dawn jinkludu:

  • Pensjonijiet Kontributorji, Pensjonijiet tar-Romol u Pensjonijiet tal-Invalidità – dawn il-pensjonijiet kontributorji mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali huma esportabbli kullimkien madwar id-dinja.
  • Allowances għal Tfal u Allowances għal Tfal b’Diżabilità huma esportabbli fis-sebgħa u għoxrin (27) pajjiż tal-Unjoni Ewropea (EU) u li jinkludu ukoll l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, l-Isvizzera u fejn applikabbli għar-Renju Unit.
  • Il-Benefiċċji tal-Qgħad u l-Benefiċċji għall-Mard huma esportabbli fis-sebgħa u għoxrin (27) pajjiż tal-UE u li jinkludu ukoll l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, l-Isvizzera u fejn applikabbli għar-Renju Unit.

Kif tissottometti Notifikazzjoni ta’ Proċediment barra minn Malta

Ikklikkja hawn biex tissottometti Notifikazzjoni ta’ Proċediment barra minn Malta, kemm jekk temporanjament jew permanenti.