Notifikazzjoni ta’ Proċediment Barra minn Malta
Ħarsa ġenerali
Jekk inti benefiċjarju tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u tirċievi xi benefiċċju tas-sigurtà soċjali taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318) huwa importanti li bidliet fiċ-ċirkustanzi tiegħek jiġu rrappurtati immedjatament lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Huwa importanti li tiċċekkja xi bdil fiċ-ċirkustanzi li jirrikjedu li jiġu rrapurtati skont il-benefiċċju li tkun qed tirċievi.
Jekk qed tippjana li tivvjaġġa barra minn Malta, kemm jekk temporanjament jew permanenti, huwa importanti li tavża lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali biex tiżgura jew twaqqaf l-kontinwità tal-ħlasijiet tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali tiegħek u l-aġġornament tal-informazzjoni li għandu d-dipartiment. Proċediment barra minn Malta, tirreferi għall-azzjoni li titlaq minn Malta biex tivvjaġġa jew tirriloka f’pajjiż barrani.
Għandek iżżomm f’moħħok li meta tkun applikajt għal benefiċċju, int iddikjarajt li tinforma lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali b’kull tibdil fiċ-ċirkostanzi lid-Direttur Ġenerali (Sigurtà Soċjali). Jekk id-Direttur Ġenerali (Sigurtà Soċjali) ma jiġix infurmat b’tali bidla fiċ-ċirkustanza, id-dritt għall-benefiċċju, jew parti minnu, jista’ jintilef jew jirriżulta f’ħlas żejjed.
Benefiċċju jew Assistenza Mhux Kontributorja mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) mhumiex esportabbli, jiġifieri l-benefiċċju jew l-assistenza li tkun qed tirċievi, jkollhom jiġu mwaqqfa. Għalhekk, jekk qed tirċievi dawn it-tipi ta’ benefiċċji u tmur tgħix f’pajjiż ieħor barra minn Malta, ma tkunx aktar eliġibbli biex tirċievi l-benefiċċju jew l-għajnuna mhux kontributorja li ngħatatlek. Madankollu, jidħlu fis-seħħ restrizzjonijiet limitati tal-ivvjaġġar għal benefiċċji speċifiċi, li jinkludu Assistenza Soċjali u Pensjoni tal-Età.
Mill-banda l-oħra, Benefiċċji Kontributorji speċifiċi u pensjonijiet imħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) li jinkludu l-Pensjoni tal-Irtirar, il-Pensjonijiet tar-Romol u tal-Invalidità, Allowance tat-Tfal (każijiet tal-EU), Benefiċċju għal Qgħad u Benefiċċju tal-Mard huma esportabbli. Fil-waqt li l-Allowance tat-Tfal, il-Benefiċċju għal Qgħad u l-Benefiċċju tal-Mard huma esportabbli fl-UE, hekk kif ggwidat hawn taħt. Dan ifisser li dawn il-benefiċċji jew pensjonijiet jitkomplew jittieħdu waqt li l-benefiċċjarji jkunu joqogħdu barra minn Malta (hekk kif ggwidat hawn taħt) imma permezz ta’ mezzi ta’ ħlas oħra.
X’se tingħata
Meta tinforma lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali dwar kwalunkwe tibdil fiċ-ċirkustanzi tiegħek li se tkun sejjer barra minn Malta, tkun qed tiżgura li l-benefiċċi u l-informazzjoni tiegħek, ikunu immaniġġjati sakemm tkun qiegħed barra minn Malta. Dan jinkludi aġġornamenti tad-dettalji ta’ kuntatt, biex jiġi żgurat li l-benefiċċji jitkomplew joħorġu mingħajr interrazzjoni.
Eliġibbiltà
Residenti ta’ Malta li qed jippjanaw li jsiefru jew jirrilokaw għal pajjiż ieħor barrani iridu:
- Jindikaw il-pajjiż fejn sejrin.
- Jispeċifikaw ir-raġuni u t-tul ta’ żmien tas-safar.
- Jindikaw jekk hux ser “Jipproċedu jew Jirrelowkaw barra minn Malta” jew “Jipproċedu b’ mod permanenti f’pajjiż ieħor” u jimlew id-dati relatati.
- Dettalji ta’ Kuntatt ġodda, jekk qed tipproċedi b’mod permanenti jew tirreloka għal aktar minn sittin (60) jum barra minn Malta.
Mhux Kontributorju
Persuna li tirċievi Pensjoni tal-Età, li hija pensjoni Mhux Kontributorja, tista’ tivvjaġġa għal massimu ta’ tliet (3) xhur lejn l-Awstralja, New Zealand jew il-Kanada matul sena kalendarja, mingħajr ma titlef l-ebda intitolament għal dak it-tip ta’ pensjoni.
Il-benefiċjarji tal-Assistenza Soċjali u l-Pensjoni tal-Età jistgħu jivvjaġġaw sa massimu ta’ xahar (1) f’sena kalendarja lejn pajjiż barra l-Unjoni Ewropea (UE).
Dan il-kunsens jingħata biss, jekk tinforma lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali qabel it-tluq tiegħek. In-nuqqas li tirrapporta l-ivvjaġġar tiegħek, anki jekk żort dawn il-pajjiżi, jista’ jirriżulta fil-waqfien tal-ħlas tal-benefiċċji.
Kontributorju
Il-benefiċċji u l-pensjonijiet Kontributorji mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) huma esportabbli fis-sebgħa u għoxrin (27) pajjiż tal-EU, li jinkludu ukoll l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, l-Isvizzera u f’ċirkostanzi speċifiċi, lejn ir-Renju Unit. Dawn jinkludu:
- Pensjonijiet Kontributorji, Pensjonijiet tar-Romol u Pensjonijiet tal-Invalidità – dawn il-pensjonijiet kontributorji mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali huma esportabbli kullimkien madwar id-dinja.
- Allowance tat-Tfal huma esportabbli fis-sebgħa u għoxrin (27) pajjiż tal-EU, li jinkludu ukoll l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, l-Isvizzera u r-Renju Unit kif applikabbli.
- Il-Benefiċċju tal-Qgħad u l-Benefiċċju għall-Mard huma esportabbli fis-sebgħa u għoxrin (27) pajjiż tal-EU u li jinkludu ukoll l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, l-Isvizzera u r-Renju Unit kif applikabbli.
Kif tissottometti Notifikazzjoni ta’ Proċediment barra minn Malta
Ikklikkja hawn biex tissottometti Notifikazzjoni ta’ Proċediment Barra minn Malta.