Rati tal-Benefiċċji
Ħarsa ġenerali
Tista’ tara l-informazzjoni dwar ir-Rati ta’ Benefiċċji tas-sigurtà soċjali li int intolat/a għalihom, u huma organizzati skont il-grupp. L-informazzjoni mogħtija dwar ir-Rati tal-Benefiċċji hija tal-aħħar ħames (5) snin, u tinkludi sal-aħħar tas-sena kurrenti. Ir-rati tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali huma murija f’ordni kronoloġika u japplikaw kemm għall-koppji, kif ukoll għal persuni waħedhom.
X’se tingħata
Il-faċilità biex tara informazzjoni dwar rati tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali ta’ matul l-aħħar ħames (5) snin, sa l-aħħar tas-sena kurrenti, organizzati skont il-grupp. Ħlief fejn speċifikat mod ieħor, kull benefiċċju għandu rata ta’ kull ġimgħa.
Gruppi tar-Rati tal-Benefiċċji:
- Benefiċċji għall-Familja.
- Benefiċċji mhux Kontributorji.
- Għajnuna Medika.
- Għotjiet, Bonuses u Skemi.
- Pensjonijiet Kontributorji.
- Xogħol, Inċentivi u Benefiċċji għal Diżimpjieg.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibilità ġenerali:
Kull ċittadin jista’ jaċċessa din l-informazzjoni dwar ir-rati tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali.
Kif taċċessa dan is-servizz
Biex taċċessa s-servizz tar-Rati tal-Benefiċċji, ikklikkja hawn.