Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċju
(Persuna Impjegata)
Ħarsa ġenerali
Il-benefiċjarji tal-Assistenza Soċjali li jsibu mpjieg jistgħu jagħżlu li japplikaw għall-iskema ta’ Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċju jekk jaqilgħu tal-inqas il-Paga Minima Nazzjonali jew aktar, u jew ikunu rċevew l-Assistenza Soċjali jew l-Għajnuna għal Diżimpjieg jew Benefiċċju Speċjali għal Diżimpjieg għal mill-inqas sena fl-aħħar 3 snin.
X’se tingħata
Ir-rata tat-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċju mogħtija hija persentaġġ ta’ l-aħħar rata ta’ Benefiċċju Soċjali mogħti bl-esklużjoni ta’ bonuses:
- 65% tar-rata tal-benefiċċju għall-ewwel sena
- 45% tar-rata tal-benefiċċju għat-tieni sena
- 25% tar-rata tal-benefiċċju għat-tielet sena
- 25% tar-rata tal-benefiċċju mħallsa lil min iħaddem għal perjodu ta’ 3 snin
Il-benefiċjarji jitħallsu kull 4 ġimgħat b’lura u min iħaddem jitħallas kull 12-il ġimgħa b’lura.
Jekk benefiċjarju li jirċievi Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċju u jiġi qiegħed bla xogħol, malli jerġa’ jibda jaħdem, it-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċju jerġa’ jibda mis-sena li twaqqaf il-benefiċċju.
Tista’ tagħmel użu minn Kalkulatur online sabiex tagħmel stima għall-intitolament tat-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
Applikant li issa huwa nvolut f’impjieg full-time u jaqla’ mhux inqas mill-Paga Minima Nazzjonali, u kien jirċievi benefiċċju mhux kontributorju għall-perjodu ta’ sena fl-aħħar 3 snin.
Dokumenti neċessarji
- Dikjarazzjoni tal-Applikant u tal-Prinċipal min se jħaddem. Ikklikkja hawn biex tniżżel dan id-dokument
Kif tapplika
Imla u ibgħat l-applikazzjoni online.