Logo
Logo
  • MT
  • EN

Q

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Intejbu s-Servizzi Online tas-Sigurtà Soċjali Permezz ta’ Rispons

01/09/2023 | Aħbar Riċenti

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali (DSS) huwa impenjat li jiżgura li s-servizzi diġitali tiegħu jkunu tal-ogħla kwalità u aċċessibbli għaċ-ċittadini kollha, irrispettivament mill-post jew il-ħin. Sabiexi jintlaħaq dan l-għan, id-DSS jirrikonoxxi r-rwol essenzjali li t-teknoloġija għandha mhux biss fis-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi, iżda wkoll fit-titjib fis-servizz tad-disinn u t-twassil tas-servizzi online.

Spiċċa ż-żmien meta t-teknoloġija kienet limitata għall-awtomatizzazzjoni tax xogħol tal-back-office u t-tisħiħ tal-effiċjenza. Din issa evolviet f’għodda trasformattiva li tagħti s-setgħa lid-DSS biex tilqa’ għall-bżonnijiet tal-klijenti tiegħu b’mod aktar konvenjenti u faċli għall-utent. Id-DSS jirrikonoxxi l-potenzjal li għandha t-teknoloġija biex tnaqqas in-nuqqassijiet u tagħmel is-servizzi online aktar inklużivi u aċċessibbli għal kulħadd.

Fil-qalba ta’ dan l-isforz jinsab impenn biex nibqgħu ntejbu u ninnovaw. Id-DSS jemmen bis-sħiħ li t-twassil ta’ servizzi online jista’ jeċċella biss meta jkun iffurmat mir-rispons u l-għarfien siewi tan-nies stess li jaqdi – iċ-ċittadini. Bħala parti minn din l-inizjattiva, id-DSS jistieden lill-pubbliku biex jipparteċipa b’mod attiv fit-tiswir tas-servizzi online tiegħu.

Id-DSS huwa ħerqan li jitgħallem dwar is-servizzi online li l-aktar jixtiequ ċ-ċittadini. Din l-informazzjoni tippermettilna nipprijoritizzaw l-isforzi ta’ żvilupp tagħna u niffukaw fuq servizzi li se jkollhom l-akbar impatt fuq il-pubbliku. Billi jimpenja ruħu maċ-ċittadini permezz ta’ rispons, id-DSS jista’ jidentifika oqsma għal titjib, jipprijoritizza l-isforzi ta’ żvilupp u jfassal is-servizzi online tiegħu biex jissodisfa l-ħtiġijiet diversi tal-popolazzjoni b’mod effettiv.

Is-sinifikat tar-rispons ma jistax jiġi enfasizzat biżżejjed. Joffri lid-dipartiment għarfien imprezzabbli dwar id-diffikultajiet u l-kwistjonijiet li jiltaqgħu magħhom iċ-ċittadini meta jużaw is-servizzi online tagħna. Kemm jekk hija rakkomandazzjoni biex tittejjeb l-interface għall-utent, xi proposta biex jiġu inkorporati ċerti servizzi, jew osservazzjonijiet dwar karatteristiċi attwali, kull element ta’ rispons għandu rwol kruċjali fit-tiswir ta’ servizz online aktar iċċentrat fuq l-utent.

L-għoti ta’ rispons huwa sempliċi permezz tal-formola online tagħna. Din  tippermetti liċ-ċittadini jesprimu l-opinjonijiet, is-suġġerimenti u t-tħassib tagħhom. Billi tikklikkja hawn, l-individwi jistgħu jinvolvu ruħhom b’mod attiv fil-proċess tar-raffinar u għandhom rwol ewlieni fit-tiswir tal-avvanz tas-servizzi online tad-DSS.

Minn hawnhekk nirringrazzjawkom bil-quddiem ta’ kull tip ta’ rispons li joġgħobkom tibgħatulna.