Logo
Logo
  • MT
  • EN

Q

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Il-Pagamenti taċ-Children’s Allowance u tal-Allowance Supplimentari

Il-pagamenti taċ-Children’s Allowance u tal-Allowance Supplimentari li jkopru l-perjodu 01.01.2022 sal-01.04.2022 ser jitħallsu nhar is-Sibt 11 ta’ Diċembru 2021.

Il-benefiċjarji li jirċievu benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali bħala kreditu dirett se jirċievu l-komunikazzjoni annwali dwar l-Allowance tat-Tfal u l-Allowance Supplimentari li tinformahom dwar il-pagament tal-benefiċċju u d-dati futuri tal-ħlas tagħhom fl-2022. Dawn il-benefiċjarji se jiġu kkreditati fil-kont bankarju tagħhom fid-9 ta’ Diċembru filwaqt li dawk imħallsa minn ċekk, dawn se jkunu datati s-Sibt 11 ta’ Diċembru 2021.

Ta’ min jinnota li f’dan il-pagament taċ-Children’s Allowance u Allowance Supplimentari, mhux se jinħarġu SMSs lill-benefiċjarji li jirċievi l-pagament dirett il-bank.