Regoli tal-Privatezza tad-Data
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal (MSPC)
Id-dettalji ta’ kuntatt tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-MSPC: dpimu.family@gov.mt
1. Introduzzjoni
Dan l-avviż ta’ Privatezza jirrifletti l-ftehim bejn l-individwu u l-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal (MSPC) fir-rigward tal-ipproċessar u s-sigurtà tad-data fir-rigward tar-Regolament Ġenerali dwar Protezzjoni tad-Data.
2. Skop tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data
Abbażi tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (EU) 2016/679 (GDPR) u l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data (Kap. 586), għandna dmir legali li nirrispettaw u nipproteġu kull informazzjoni personali li niġbru mingħandek u aħna dedikati li nonoraw dan id-dmir. L-MSPC se jieħu l-passi kollha raġonevolment meħtieġa biex jiżgura li d-data personali tiġi trattata b’mod sikur, skont din il-politika u skont il-GDPR.
3. Skop tal-Ipproċessar
Tipi ta ‘pproċessar
- e-Forms;
Waqt il-proċess ta’ sottomissjoni ta’ formoli fuq is-sit indirizzati lill-ministeru, dipartiment jew entità oħra tal-Gvern ta’ Malta, aħna nistgħu niġbru informazzjoni personali. F’każijiet bħal dawn, is-sit jintuża bħala User Interface u l-informazzjoni li tinkiseb permezz ta’ dawn il-formoli tiġi sottomessa għall-ipproċessar lill-ministeru, dipartiment jew entità oħra tal-Gvern ta’ Malta rilevanti. F’dan il-każ, il-perjodu taż-żamma tas-servizz inkwistjoni jkun japplika.
- Indirizz IP (protokol tal-internet) u identifikazzjoni;
Is-server tas-sit iżomm informazzjoni limitata dwar Indirizzi IP jew il-lok tal-kompjuter tiegħek fuq l-internet, għall-amministrazzjoni tas-sistemi u għal skopijiet ta’ soluzzjoni ta’ problemi. Aħna ma nużawx informazzjoni dwar l-Indirizzi IP biex insegwu x’qed tagħmel jew l-imġiba tiegħek fuq is-sit tagħna.
- e-ID;
Tista’ wkoll tuża l-faċilitajiet ipprovduti mill-Awtoritajiet Ċentrali, bħall-użu tal-kont e-ID tiegħek bħala mezz ta’ awtentikazzjoni. F’każijiet bħal dawn, il-kredenzjali tal-awtentikazzjoni jkunu limitati għas-sessjoni attwali mill-web browser tiegħek.
- Kuntatt/Feedback;
Meta jintużaw is-servizzi online ta’ dan is-sit elettroniku, is-suġġetti tad-data jistgħu jkunu mitluba li jipprovdu d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom għal skopijiet ta’ kuntatt u komunikazzjoni. L-informazzjoni kollha u d-data personali li inti tipprovdilna fil-formola ta’ Kuntatt/Feedback tista’ tiġi pproċessata biss għall-iskop strett li nirrispondu għat-talba personali tiegħek.
- Kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni u Informazzjoni;
L-abbonati interessati huma meħtieġa jipprovdu l-indirizz tal-posta elettronika personali tagħhom biex jirċievu kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali hekk kif l-kunsens tagħhom jiġi provdut permezz ta’ email ta’ verifika. Is-suġġetti tad-data għandhom id-dritt li jħassru l-abbonament mingħajr avviż.
Meta l-individwu jipprovdi informazzjoni lil MSPC f’wieħed mit-tipi ta ‘pproċessar jew b’xi mod ieħor li tikkostitwixxi data personali skont id-definizzjonijiet tal-GDPR, l-MSPC għandu jipproċessa din id-data għall-finijiet li ġejjin biss, jiġifieri:
- biex jkun tista jipprovdi s-servizz.
- biex jwettaq kontroll tal-kwalita’ fuq sejħiet irreġistrati.
- għal valutazzjoni interna u analiżi.
- biex jiżviluppa u jtejjeb is-servizzi tal-MSPC.
- Kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni u Informazzjoni.
4. L-informazzjoni li tinġabar
Dan l-Avviż ta’ Privatezza jipprovdi dettalji speċifiċi dwar kif l-MSPC tittratta kwalunkwe data personali li l-individwu jipprovdi lil MSPC.
L-MSPC jiġbor u jipproċessa l-informazzjoni personali tiegħek prinċipalment biex jipprovdi lil-individwu aċċess għas-servizzi tal-MSPC.
L-MSPC jiġbor tliet tipi ta’ informazzjoni dwar l-individwu:
- informazzjoni ta’ kuntatt jew rispons.
- informazzjoni li titnizzel mil-paġna eletronika.
- informazzjoni dwar l-użu tas-sit.
5. ‘Cookies’
X’inhi ‘cookie’?
Cookie hija data li l-paġna eletronika titlob lill-browser tiegħek biex taħżen din id-data fuq il-hard-disk tal-kompjuter tiegħek. Il-‘cookies’ kollha huma ffissati b’dati ta’ skadenza li jiddeterminaw ghal kemm żmien jinzammu fuq il-browser tiegħek. Ġeneralment, il-‘cookies’ jistgħu jitneħħew awtomatikament wara li tiskadi d-data ta’ skadenza jew inkella jistgħu jitħassru manwalment mill-individwu.
Liema tipi ta’ ‘cookies’ tuża din il-paġna eletronika?
Din il-paġna eletronika tagħmel użu minn żewġ tipi differenti ta’ ‘cookies’ li huma:
- ‘Cookies’ tas-Sessjoni: dawn huma ‘cookies’ temporanji li jintużaw biex jagħtuk aċċess għall-kontenut ta’ din il-paġna elettronika. Dawn it-tipi ta’ ‘cookies’ jiskadu u jiġu mħassra malli tagħlaq il-browser tiegħek.
- ‘Cookies’ limitati ta’ terzi: dawn il-‘cookies’ huma stabbiliti minn entitajiet oħra barra dan l-Uffiċċju u jistgħu jkunu temporanji jew persistenti. L-użu ta’ ‘cookies’ ta’ partijiet terzi fuq din il-paġna eletronika huma ristretti u permessi biss għall-iskop ta’ qsim soċjali (jippermettilek li taqsam l-artikli tagħna permezz tan-networks soċjali varji) u meta inkorporajna kontenut fuq il-paġni ta’ paġni eletronici ta’ partijiet terzi.
Kif nista’ nħassar jew ineħħi l-‘cookies’?
Jekk il-browser tiegħek mhux ikkonfigurat, awtomatikament, biex jimblokka l-‘cookies’ kollha jew parti minnhom, tista tikkonfigura l-browser tiegħek jew tirrifjuta l-‘cookies’ kollha jew tikkontrolla liema ‘cookies’ huma ffissati fuq it-tagħmir tiegħek permezz ta’ din il-paġna eletronika. Tista ssib l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar kif tagħmel il-konfigurazjoni meħtieġa billi żżur is-sit li ġej: http://www.allaboutcookies.org/manage-cookies
Id-diżattivazzjoni tal-‘cookies’ ta’ dan is-sit ma taffettwax l-esperjenza ta’ ‘browsing’ tiegħek.
6. Min għandu aċċess għad-data personali tiegħek u lil min tiġi żvelata?
Ir-riċevituri tal-informazzjoni personali tiegħek huma:
- l-impjegati tagħna jew individwi magħżula fi ħdan l-MSPC, fejn hu meħtieġ li jkollhom din l-informazzjoni abbażi tad-doveri tagħhom fi ħdan l-MSPC jew kwalunkwe entità assoċjata jew relatata.
- kwalunkwe kumpaniji, organizzazzjonijiet u individwi li jista jkollhom aċċess għall-informazzjoni personali tiegħek biex jirrendu magħna s-servizzi tagħhom.
- partijiet terzi li jeħtieġu l-iżvelar tal-informazzjoni tiegħek bħala riżultat tar-relazzjoni tagħna miegħek bħala l-klijent tagħna.
- partijiet terzi li jeħtieġu l-iżvelar tal-informazzjoni tiegħek bħala riżultat tal-obbligi legali imposti fuqna.
- affiljati / partijiet terzi awtorizzati (Proċessuri tad-Data) li jipproċessaw l-informazzjoni tiegħek f’isimna u skont l-istruzzjonijiet u l-politiki speċifiċi tagħna. MSPC jiżgura li l-Proċessuri tad-Data jipprovdu livell ta ‘sigurtà u privatezza xierqa għan-natura tal-informazzjoni u l-ambitu tas-servizzi li huma involuti biex jipprovdu.
Jekk l-informazzjoni personali tieghek titqassam lil terzi persuni jew terzi entitajiet ohra, ikun hemm notifika speċifika li tkopri dan l-ipproċessar, kif ukoll nistaqsu għall-kunsens tiegħek fejn hu neċessarju.
L-MSPC ma jaqsamx id-data personali tiegħek ma ‘kwalunkwe entità li tinsab barra mill-UE jew EEA minghajr il-mizuri ta’ sigurita necessarji.
7. Ritenzjoni tad-data
L-MSPC mhux ser iżżomm l-informazzjoni personali tiegħek għal żmien itwal minn dak meħtieġ għall-finijiet tal-ipproċessar tad-data personali.
F’ċerti każijiet jista jkollna interess leġittimu li nżommu id-data personli tiegħek għal perjodi itwal f’ċirkustanzi ta’ kawzi legali.
8. Kif inħarsu l-informazzjoni personali tiegħek?
L-MSPC jieħu l-miżuri kollha ta’ sigurta’ meħtieġa biex jipproteġi kull data personali minn telf, użu ħazin u aċċess mhux awtorizzat, alterazzjoni, żvelar jew qerda.
Sigurtà tad-Data
- Sigurtà fiżika:
- Il-kwartieri ġenerali ta’ MSPC huma mmonitorjati permezz ta’ kameras, sistemi ta’ allarm, sigurtà fiżika u kontroll ta’ aċċess 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa. L-aċċess fiżiku għal u mill-MSPC jirrikjedi aċċess b’ċavetta elettronika jew superviżjoni mill-impjegati tal-MSPC. Iż-Żoni siguri tal-MSPC huma ristretti għall-ħtieġa tal-impjegati biss.
- L-uffiċċji taż-żoni madwar Malta huma assigurati b’sigurta fiżika.
- Il-kontinwità tas-servizzi. Il-backups tad-data, ‘switches’ u n-networks jgħinu biex jipprovdu din is-sensja.
- It-tieni sors ta’ provvista ta’ enerġija huwa disponnibli f’każ li s-sors ta’ enerġija primarja jonqos. Dawn iż-żewġ sorsi ta’ provvista ta’ l-elettriku għandhom iżommu l-infrastruttura ewlenija għaddejja.
Networks u Trasmissjoni
- Trasmissjoni tad-Data. Id-data kollha trasmessa barra l-MSPC hija kriptata.
9. Drittijiet tas-Suġġett tad-Data
Id-dritt għall-informazzjoni;
Id-dritt għall-informazzjoni jobbliga lill-MSPC biex permezz ta’ dan l-Avviz ta’ Protezzjoni, jipprovdi proċessar ġust, li huwa konċiż u trasparenti.
Id-dritt li tħassar;
L-individwu għandu d-dritt li jħassar l-informazzjoni personali tiegħhu u l-kontrollatur għandu l-obbligu li jħassar id-data personali mingħajr dewmien żejjed fejn tapplika waħda mir-raġunijiet li ġejjin:
- l-informazzjoni personali miġbura m’għadhiex meħtieġa fir-rigward tal-għan li għalih kienet oriġinarjament miġbura;
- l-individwu jirtira l-kunsens li fuqu l-ipproċessar huwa bbażat skont punt (a) tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Protezzjoni tad-Data Ġenerali 2016/679, u m’hemm l-ebda raġuni oħra għall-ipproċessar;
- m’hemm l-ebda interess leġittimu biex jitkompla l-ipproċessar ta’ informazzjoni personali;
- l-informazzjoni personali miġbura kienet ipproċessata illegalment jew bi ksur tal-GDPR;
- l-informazzjoni personali miġbura ma tikkonformax mal-obbligi legali;
- l-informazzjoni personali miġbura hija pproċessata sabiex jigi pprovdut servizz lil minorenni online.
Id-dritt għall-aċċess;
L-individwu għandu d-dritt li jikseb l-informazzjoni personali tiegħu għar-raġunijiet li ġejjin:
- biex jikkonferma li l-informazzjoni personali tiegħhu qiegħda tiġi pproċessata legalment.
- biex ikollu aċċess għall-informazzjoni personali u għall-informazzjoni supplimentari deskritta fl-Avviż ta’ Privatezza.
L-MSPC huwa obbligat li jivverifika l-identità tal-individwu u jipprovdi mingħajr ħlas kopja tal-informazzjoni dwar is-suġġett tad-data fi żmien tletin (30) gurnata mit-talba.
Id-dritt għar-rettifikazzjoni;
- L-individwu għandu d-dritt li jirrettifika l-informazzjoni personali tiegħu jekk mhix korretta jew aġġornata.
- L-MSPC jrid jirretifika l-informazzjoni personali maħżuna fi żmien teltin (30) ġurnata mit-talba (jew jestendi b’60 ġurnata oħra jekk it-talba hija kumplessa).
Id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar;
L-individwu għandu d-dritt li jirrestrinġi l-ipproċessar tal-informazzjoni personali tiegħhu meta:
- l-informazzjoni mhix korretta.
- id-data qiegħda tiġi pproċessata illegalment.
- id-data m’għadhiex meħtieġa mill-MSPC.
Id-dritt għall-portabbilta’;
L-individwu għandu d-dritt li jitlob l-portabilità tad-data tiegħu meta:
- l-informazzjoni personali ġiet mogħtija lil MSPC mis-suġġett li għamel it-talba.
- l-ipproċessar tal-informazzjoni personali huwa bbażat fuq il-kunsens tiegħek.
- l-ipproċessar tal-informazzjoni personali jitwettaq permezz ta’ proċessi awtomatizzati.
L-MSPC huwa meħtieġ:
- li jikkopja, imexxi u jittrasferixxi l-informazzjoni personali mitluba permezz ta’ miżuri siguri.
- li jipprovdi l-informazzjoni mitluba f’forma strutturata, f’forma komuni u li tista tinqara minn magna.
- li jikkunsidra jekk l-informazzjoni personali mitluba tippreġudikax id-drittijiet ta’ individwi oħra.
- li jinforma lill-partijiet terzi bit-talba tal-individwu biex jirrestrinġi l-ipproċessar tal-informazzjoni personali.
L-individwu għandu jkollu d-dritt li d-data personali tiġi trasmessa direttament minn kontrollatur għal ieħor, fejn huwa teknikament fattibbli u meta jagħmel hekk ma jaffettwax id-drittijiet u l-libertajiet ta’ ħaddieħor.
Id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar;
L-individwu jista jeżerċita d-dritt li joġġezzjona ghall-ipporċessar tal-informazzjoni personali tiegħu, ibbażat fuq raġunijiet leġittimi relatati mas-sitwazzjoni partikolari:
- għall-ipproċessar ta’ informazzjoni personali bbażata fuq interess leġittimu.
- għall-ipproċessar ta’ informazzjoni personali bbażata fuq it-twettiq ta’ kompitu fl-interess pubbliku / eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali.
- għall-ipproċessar ta’ informazzjoni personali għal skopijiet ta’ riċerka xjentifika / storika u statistika.
Id-dritt li tal-kunsens;
- L-individwu għandu id-dritt li jagħti l-kunsens tiegħu qabel l-ipproċessar tal-informazzjoni personali tiegħu.
- Il-Kontrollaturi tad-Data m’għandhomx jipproċessaw informazzjoni personali sakemm l-individwu ma jkunx ftiehem permezz ta’ kunsens ċar, affermattiv u bil-miktub.
- Il-Kontrollaturi tad-Data m’għandhomx jipproċessaw informazzjoni sensittiva sakemm ma jkunx inkiseb kunsens espliċitu mill-individwu.
- L-individwu għandu d-dritt li jirtira l-kunsens fi kwalunkwe ħin.
Id-drittijiet relatati ma’ teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzati inkluż li jiġi stabbilit profil;
L-individwu għandu jkun infurmat b’kull proċess awtomatizzat ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet inkluż profili u l-konsegwenzi antiċipati tagħhom.
L-individwu ma jistax jeżerċita dan id-dritt meta l-proċess li jittieħdu deċiżjonijiet awtomatizzati:
- huwa meħtieġ għall-prestazzjoni ta’ kuntratt mal-Kontrollatur tad-Data.
- huwa awtorizzat bil-liġi.
- huwa bbażat fuq kunsens espliċitu.
Id-dritt li tilmenta;
L-individwu jista’ jippreżenta ilment kontra l-ipproċessar tal-informazzjoni tiegħu mal-Awtorità Superjuri.
Id-dritt għal servizz bla ħlas;
Kull talba lill-MSPC biex jigi ezercizzat wiehed jew iktar drittijiet tal-individwi għandha tkun bla ħlas.
Id-dritt li jiġi notifikat f’kas ta żvelar tad-data;
- L-individwu għandu d-dritt li fi żmien 72 siegha jkun infurmat bil-ksur tad-data, li jista jkun ta’ riskju għoli għas-sigurtà tiegħu.
- Il-Kontrollaturi tad-Data huma mitluba jipprovdu spjegazzjoni jekk l-iskadenza ta’ 72 siegħa ma tintlaħaqx.
Jekk l-individwu jixtieq jeżerċita dawn id-drittijiet, hu jew hi jista’, fi kwalunkwe ħin, jikkuntattja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data.
10. Tibdil fl-istqarrija ta’ Privatezza
Nistgħu nagħmlu kwalunkwe tibdil fl-istqarrija ta’ privatezza ppubblikata fuq din il-paġna. L-MSPC kontinwament jirrevedi u jaġġorna din l-istqarrija sabiex jirrifletti l-bidliet fis-servizzi tiegħu kif ukoll biex jikkonforma mal-bidliet fil-Liġijiet tal-Protezzjoni tad-Data u tal-Privatezza. Għalhekk, ninkoraġġukom biex taqraw din l-istqarrija b’mod regolari.
Aġġornata : 21 ta’ Ottubru 2022