Logo
Logo
  • MT
  • EN

Q

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Segwi l-Andament tal-Applikazzjoni tas-Sigurtà Soċjali Tiegħek

01/06/2023 | Aħbar Riċenti

Is-servizz online ta’ Applikazzjoni – Monitoraġġ  ta’ mySocialSecurity jipprovdi mod konvenjenti u effiċjenti biex iżżomm kont ta’ l-andament tal-applikazzjoni tal-benefiċċji taċ-ċittadin. Dan is-servizz jippermetti liċ-ċittadin jaraw lista ta’ kwalunkwe applikazzjoni jew talba magħmula fl-aħħar tnax-il (12) xahar, inklużi benefiċċji attivi u applikazzjonijiet pendenti li qed jistennew reviżjoni u/jew approvazzjoni. Iċ-ċittadini jingħataw informazzjoni aġġornata filwaqt li jsegwu l-andament tal-applikazzjoni u ta’ kwalunkwe haġa oħra f’ħin reali.

Is-servizz ta’ Applikazzjoni – Monitoraġġ huwa partikolarment utli għal individwi li jistgħu jkunu qed jistennew b’ ħerqa l-eżitu tat-talba tagħhom. Billi jaċċessaw is-servizz, huma jistgħu jaraw l-andament tal-applikazzjoni tagħhom fi kwalunkwe ħin mingħajr ma jkollhom għalfejn iżuru jew iċemplu lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Din il-faċilità hija ta’ għajnuna speċjalment għal dawk bi skedi impenjattivi jew għal pensjonanti jew persuni b’diżabilità jew għal dawk li ċ-ċentri ta’ Servizz.gov ma jinstabx fil-qrib. L-aċċess għas-servizz ta’ Applikazzjoni – Monitoraġġ jeħtieġ kont tal-e-ID maħruġ minn Identity Malta. Meta jidħlu fil-kont tagħhom u jawtentikaw l-identità tagħhom, l-utenti jistgħu jaċċessaw dan is-servizz u jibqgħu infurmati

Huwa importanti li wieħed jinnota li s-servizz ta’ Applikazzjoni – Monitoraġġ  ma jinkludix informazzjoni dwar l-istatus għal xi talba ta’ valutazzjonijiet tentattivi għall-pensjonijiet tal-irtirar. F’dan il-każ iċ-cittadini jridu jikkuntattjaw lid-dipartiment biex jistaqsu f’hiex waslet l-applikazzjoni.

Għal talbiet ta’ benefiċċju tal-mard taċ-ċertifikat mediku blu, iċ-ċittadini jistgħu jaraw iċ-ċertifikati mediċi blu li jkunu ssottomettew lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali sa ħames (5) snin preċedenti. Filwaqt li ċ-ċertifikati mediċi nfushom mhumiex indikazzjoni tat-talbiet għall-Benefiċċju tal-Mard, jipprovdu informazzjoni dwar iċ-ċertifikati sottomessi lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Mis-Servizz ta’  Pagamenti tas-Sigurtà Soċjali, ċ-ċittadini jistgħu jaraw kwalunkwe benefiċċju tal-mard imħallas fl-aħħar ħames (5) snin relatat maċ-ċertifikati mediċi blu sottomessi.

B’mod ġenerali, is-servizz ta’ Applikazzjoni – Monitoraġġ offrut minn mySocialSecurity jservi ta’ għodda siewja għall-applikanti u l-benefiċjarji kollha u għandhom jiġu utilizzati biex jibqgħu aġġornati dwar l-andament tal-applikazzjoni tagħhom.