Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Mill-2018 il-pensjonijiet żdiedu kull sena, kemm għall-pensjonanti kontributorji kif ukoll dawk mhux kontributorji, kif jidher f’din it-tabella:

Sena Żieda fil-pensjoni Żieda fl-Allowance għall-Għoli tal-Ħajja Żieda fil-ġimgħa
2018 2.00 1.75 3.75
2019 2.17 2.33 4.50
2020 3.51 3.49 7.00
2021 3.25 1.75 5.00
2022 3.25 1.75 5.00
2023 2.60 9.90 12.50
2024 2.19 12.81 15.00
2025 2.76 5.24 8.00
2026 5.34 4.66 10.00

 

Ħaddiema li jagħżlu li jibqgħu jaħdmu meta jilħqu l-eta’ tal-irtirar tagħhom mill-2024, bdew igawdu minn titjib fiż-żieda addizzjonali li jkollhom fil-pensjoni għal kull sena li jibqgħu jaħdmu.  Iż-żidiet perċentwali huwa kif jidher f’din it-tabella:

Differiment b’ Rati ġodda
Sena żieda ta’ 1.5% għal 6.5%
Sentejn żieda ta’ 3% għal 13.5%
Tliet snin żieda ta’ 4.5% għal 21%
Erba’ snin żieda ta’ 6% għal 29%

 

  • Dħul mill-pensjoni ta’ individwi minn 61 sena ’l fuq, fl-2026 sar kompletament eżentat mit-taxxa. Armla taħt l-età ta’ 61 sena hija wkoll intitolata għal eżenzjoni mit-taxxa.
  • Il-kalibrazzjoni kontinwa tal-Allowance għall-Għoli tal-Ħajja (COLA), li bħalissa titħallas separatament mill-pensjonijiet, se terġa’ tibda fl‑2026 biex jiġu indirizzati d-diskrepanzi fis-sistema eżistenti. Il-proċess se jintemm fl‑2027, meta rata uniformi ta’ €21.53 tiġi integrata fil-pensjoni u tapplika għal kull pensjonant, irrispettivament mid-data tal-irtirar tagħhom.
  • Fl‑2016 ġie introdott livell nazzjonali minimu garantit ta’ pensjoni biex jipprovdi livell minimu ta’ dħul tal‑pensjoni marbut mal-livell ta’ riskju ta’ faqar. Dan jiġi aġġustat kull sena permezz ta’ żidiet fil-għoli tal-ħajja u żidiet addizzjonali fil‑pensjoni.
  • Il‑pensjonanti miżżewġin, l‑aktar nisa, li kienu jirċievu pensjoni tar‑rata waħda minħabba li ż‑żwieġ tagħhom huma pensjonabbli, fl‑2026 ingħataw aġġustament fil‑pensjoni tagħhom għar‑rata tal‑miżżewġin.
  • Il‑lakuna bejn is‑sessi fil‑pensjonijiet ġiet indirizzata fl‑2017 meta n‑nisa rċevew żidiet fir‑rati tal‑pensjoni ta’ kull ġimgħa.
  • Meta jilħqu l‑età tal‑pensjoni, persuni b’diżabilità huma intitolati għal pensjoni ekwivalenti għall‑Pensjoni tal-Età mhux kontributorja.
  • Individwi li spiċċaw b’diżabilità minħabba marda serja, fl‑2026 saru eliġibbli għal Pensjoni tal-Invalidità ekwivalenti għall‑Pensjoni ta’ Żewġ Terzi li kienu jirċievu meta jilħqu l‑età tal‑irtirar.
  • Bil‑liġi, pensjonanti tal‑invalidità huma pprojbiti milli jidħlu f’xi tip ta’ impjieg, għax dan iwassal għat‑telf tal‑benefiċċji tal‑pensjoni tagħhom. Madankollu, ir‑regoli ta’ eliġibbiltà ġew emendati fl‑2026 sabiex persuni idd‎ijanjostikati bil-kondizzjoni tal-bipolari jew b’kundizzjoni psikotiċi jitħallew jaħdmu part‑time mingħajr ma tinqatalhom il‑pensjoni tagħhom. Biex jikkwalifikaw, l‑applikanti għandhom ikunu ċċertifikati medikament li huma tajbin biex jaċċettaw impjieg part‑time u jkunu qegħdin jirċievu trattament regolari għal minimu ta’ tliet snin.