Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Benefiċċju tal-Enerġija (DSS)

Overview

Il-Benefiċċju tal-Enerġija huwa mmirat sabiex itaffi l-effett taż-żieda fl-infiq fuq il-kontijiet tad-Dawl u l-Ilma ta’ familji bi dħul baxx.

 

Wara s-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni tal-Benefiċċju tal-Enerġija, persuna tista’ tikkwalifika jew:

 

  • Bħala każ soċjali, jew

  • Permezz ta’ Test tal-Mezzi fuq id-Dħul.

What you’ll get

Persuna li tikkwalifika għal Benefiċċju ta’ l-Enerġija awtomatikament jew permezz ta' Test tal-Mezzi, dħul ma jaqbiżx  it-tnax-il elf, erba’ mija u tlieta u disgħin ewro (€12,493) fuq id-Dħul, tkun intitolata għal:

 

  • Ammont li jikkumpensa tletin (30%) tal-konsum tal-elettriku qabel l-eko-reduzzjoni, sa massimu ta’ ħamsa u sebgħin ewro (€75) fis-sena għal kull persuna fid-dar, u

  • Jekk l-applikant jew il-konjuġi huma d-detentur tal-kont, ikunu intitolati għal sussidju ta’ mhux aktar minn ħamsa u sittin ewro (€65) kull sena fuq il-kera tal-arloġġ tad-dawl, u sussidju ta’ mhux aktar minn disgħa u ħamsin ewro (€59) kull sena fuq il-kera tal-arloġġ tal-ilma.

 

Barra minn hekk, applikant li għandu aktar minn sittin (60) sena u li jirċievi Benefiċċju tal-Enerġija jingħata wkoll erbgħin ewro (€40) fis-sena għal kull dar bħala Rifużjoni tal-Gass, pagabbli biss ma’ kontijiet attwali. Applikant li jkun taħt sittin (60) sena u li jirċievi il-Benefiċċju tal-Enerġija, jingħata tletin ewro (€30) kull sena għal kull dar bħala Rifużjoni tal-Gass.

 

Kemm il-Benefiċċju tal-Enerġija kif ukoll ir-Rifużjoni tal-Gass jitnaqqsu direttament mill-kont tad-Dawl u l-Ilma. L-ammont tal-Benefiċċju tal-Enerġija u Rifużjoni tal-Gass imnaqqas, jidher fid-dettall fit-tieni paġna tal-kont.

 

Dawk il-benefiċċjarji li huma eliġibbli għall-Benefiċċju tal-Enerġija u Rifużjoni tal-Gass iżda m’għandhomx il-kont tad-Dawl u l-ilma fuq isimhom, jirċievu ittra mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali bid-dettalji tal-Benefiċċju tal-Enerġija u Rifużjoni tal-Gass tagħhom. Din l-informazzjoni trid tiġi mqabbla mal-kont li jirċievi s-sid billi l-benefiċjarju jikkonferma li l-ammont tal-Benefiċċju tal-Enerġija u Rifużjoni tal-Gass imsemmi fuq l-ittra ġie mnaqqas fil-kont.

Application Requirements

Imla u ibgħat l-applikazzjoni online.

Eligibility

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

 

•    Persuna li tirċievi l-Benefiċċji / Assistenzi tas-Sigurtà Soċjali li ġejjin tikkwalifika għall-Benefiċċju tal-Enerġija:

 

  • Persuna li tirċievi Assistenza Soċjali, Assistenza għal Carers, Assistenza Miżjuda għal Carers, Allowance għal Ġenitur Waħdu mhux Miżżewweġ jew Assistenza għall-Qgħad.

  • Persuna li tirċievi Benefiċċju Speċjali tad-Diżimpjieg.

  • Persuna li tirċievi Pensjoni tal-Età.

 

•    Persuna li tirċievi l-Allowances / Assistenzi li ġejjin tikkwalifika permezz ta’ Test tal-Mezzi fuq id-Dħul:

 

  • Allowance għat-Tfal.

  • Allowance Supplimentari.

  • Assistenza għad-Diżabilità.

 

•    Biex jikkwalifika għall-Benefiċċju tal-Enerġija, id-dħul iddikjarat minn applikant m'għandux jeċċedi tnax il-elf, erba’ mija u tlieta u disgħin ewro (€12,493) (Sena Bażi 2023).

 

•    Jekk id-detentur tal-kont tad-Dawl u l-Ilma jiġi nieqes, dawk li għadhom joqogħdu fl-istess dar, iridu jirrappurtaw il-mewt tal-benefiċjarju lil ARMS Ltd. Jekk tkun għadha eliġibbli, il-persuna li tkun għadha toqgħod fl-istess dar, trid tgħaddi d-dettalji tal-kont il-ġdid tad-Dawl u l-Ilma lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali biex jibqa’ jingħata l-benefiċċju.

 

Kull tibdil fiċ-ċirkostanza għandu jiġi rrappurtat immedjatament lid-Direttur Ġenerali (Sigurtà Soċjali). Jekk id-Direttur Ġenerali (Sigurtà Soċjali) ma jkunx infurmat dwar il-bidla fiċ-ċirkostanza, intitolament għall-benefiċċju jew parti minnu jista’ jintilef.


Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:

 

  • Kopja tal-aħħar kont tad-Dawl u l-Ilma.