Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Għotja lill-Persuni li ma jikkwalifikawx għall-Pensjoni Kontributorja (DSS)

Overview

L-Għotja titħallas lil dik il-persuna reġistrata taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) iżda m’għandhiex Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali biżżejjed sabiex tikkwalifika għall-Pensjoni Kontributorja.

What you’ll get

Il-ħlas ta’ din l-Għotja huwa bbażat fuq in-numru ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali imħallsa mill-persuna rreġistrata skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.).

 

  • Ħames mitt ewro (€500) tingħata lil persuna li ħallset bejn ħamsin (50) u mitejn u disa’ u ħamsin (259) kontribuzzjoni.
  • Sitt mitt ewro (€600) tingħata lil persuna li ħallset mitejn u sittin (260) kontribuzzjoni jew aktar.

 

L-Għotja titħallas darba fis-sena. Jekk il-persuna twieldet wara l-1 ta’ Jannar fis-sena li tikkwalifika, isir ħlas pro-rata għal dik is-sena.

 

L-Għotja tibqa’ titħallas anke lil persuni ta’ aktar minn ħamsa u sebgħin (75) sena.

Application Requirements

L-Għotja lil persuna li ma tikkwalifikax għall-Pensjoni Kontributorja tinħareġ awtomatikament. Dan isir jekk l-applikazzjoni għall-Pensjoni Kontributorja tiġi miċħuda mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fuq bażi, li min jagħmel it-talba ma jkollux l-ammont minimu ta' Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali biex jikkwalifika għal Pensjoni Kontributorja. Madankollu, f'dawk il-każijiet fejn id-dipartiment ma jkollux dettalji dwar il-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali imħallsa minn persuna, allura trid tiġi sottomessa applikazzjoni.

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.

Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni ġenerali:

 

  • Żgura li d-dettalji bankarji tiegħek miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huma aġġornati sabiex tirċievi ħlasijiet b'depożitu dirett f'bank. In-numru tal-IBAN għandu jkun kont lokali tat-tfaddil jew kurrenti u mhux kont ta’ self. Il-kont indikat għandu jkun f’isem l-benefiċjarju biss. Id-dettalji bankarji jistgħu jiġu aġġornati fuq mySocialSecurity.

Eligibility

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

 

  • Jekk il-persuna twieldet:
    • Bejn l-1952 u l-1955, l-għotja titħallas ta’ tnejn u sittin (62) sena.
    • Bejn l-1956 u l-1958, l-għotja titħallas ta’ tlieta u sittin (63) sena.
    • Bejn l-1959 u l-1961, l-għotja titħallas ta’ erbgħa u sittin (64) sena.
    • Fl-1 ta’ Jannar 1962 jew wara, l-għotja titħallas ta’ ħamsa u sittin (65) sena.
  • Persuna li tkun ħallset aktar minn ħamsin (50) Kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali, iżda m’għandhiex kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali biżżejjed sabiex tikkwalifika għall-Pensjoni Kontributorja.
  • Persuna trid tkun residenti Malta jew f’pajjiż fl-Unjoni Ewropea.