Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Pensjoni tal-Invalidità (DSS)

Overview

Il-Pensjoni tal-Invalidità tista' tingħata lil persuna li hija ċċertifikata bħala inkapaċi għal impjieg xieraq full-time jew part-time jew għal impjieg li taħdem għal rasha minħabba marda serja jew indeboliment fiżiku jew mentali, soġġett għall-kundizzjonijiet relattivi tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.).

 

Din il-pensjoni tista’ tingħata wkoll lil persuna li kellha talba għal Benefiċċju ta' Korriment aċċettata u ġiet iċċertifikata li sofriet aktar minn 90% diżabilità li tirriżulta mill-istess korriment jew marda li toriġina minn, jew matul l-impjieg tiegħha jew okkupazzjoni.

 

Jekk l-applikant/a j/tingħata l-Pensjoni tal-Invalidità, jingħataw Krediti tas-Sigurtà Soċjali meta isir l-assessjar għat-talba tal-pensjoni tal-irtirar.

 

L-applikant/a j/trid j/tkun issottometta/iet mill-anqas sitt (6) xhur ċertifikati mediċi blu lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għall-invalidità tiegħu/tagħha, qabel tiġi sottomessa t-talba għall-Pensjoni tal-Invalidità.

 

Għal dawk l-applikanti li jkunu impjegati mal-gvern, l-ewwel jiġu msejħin mill-Bord tad-Dipartiment tal-People and Standards (P&SD), u sussegwetament it-talba tagħhom titressaq quddiem il-Bord tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.

What you’ll get

Il-Pensjoni tal-Invalidità titħallas kull erba’ (4) ġimgħat bil-quddiem.

 

Hemm żewġ (2) kategoriji ta’ Pensjoni tal-Invalidità li persuna tista’ tirċievi:

  • IP - Pensjoni tal-Invalidità għal persuna li tirċievi l-Pensjoni tas-Servizz

  • NMIP - Pensjoni tal-Invalidità għal persuna li ma jirċevix il-Pensjoni tas-Servizz

 

Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Application Requirements

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.

Eligibility

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

 

  • Persuna li tkun taħt l-età tal-irtirar.

  • L-applikant/a kien/et kontinwament impjegat/a full-time jew part-time jew j/taħdem għal rasu/ha jew j/tirreġistra biex j/taħdem taħt Parti 1 tar-Reġistru għal perjodu ta’ mhux inqas minn tnax-il (12) xahar qabel id-data tal-applikazzjoni.

  • L-applikant/a j/tkun ġie/t ċċertifikat/a inkapaċi għal impjieg regolari adattat għalih/a, full-time jew part-time, minn Bord Mediku maħtur mil-Liġi.

  • L-invalidità hawn fuq imsemmija hija meqjusa mill-Bord Mediku bħala li ma tħallix lill-individwu jaħdem full-time f’xogħol adattat/a għalih/a, part-time jew j/taħdem għal rasu/ha għal mhux aktar minn tliet (3) snin u mhux inqas minn sena.

  • Fid-data ta’ meta ssir it-talba għall-pensjoni tal-invalidità, l-applikant/a i/tkun tal-anqas ħallas/ħallset mitejn u ħamsin (250) kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali jew ħallas jew ġie akkreditat tal-anqas medja ta’ għoxrin (20) kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali fis-sena mill-età ta’  tmintax-il (18) sena, sad-data ta’ meta ssir it-talba.

  • Persuni li jbgħatu minn xi kundizzjoni mentali severa, jikkwalifikaw għal pensjoni tal-Invalidità jekk l-applikant/a ikollu/ha mill-inqas ħamsin (50) kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali tul ħajtu/ħajjitha.

  • Persuna li tapplika għall-Pensjoni tal-Invalidità  b’mard terminali ikollha dritt li tibda tirċievi r-rata sħiħa tal-Pensjoni tal-Invalidità minkejja li jista’ jkollha medja ta’ kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali li tkun inqas minn ħamsin (50) fis-sena, sakemm ikollha minimu ta’ ħamsin (50) kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali imħallsa tul il-ħajjitha.

  • Ir-rata tal-benefiċju tal-Pensjoni tal-Invalidità tiddependi jekk l-applikant/a hux/hiex miżżewweġ/miżżewġa jew ġuvni/xebba. Għalhekk jekk l-applikant/a ikollu/ha tibdil fl-istatus ċivili, huwa mportanti li d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jiġi nfurmat mill-aktar fis, għax jista’ jkun hemm tibdil fir-rata ta’ din il-pensjoni.

  • Ladarba persuna li tirċievi l-Pensjoni tal- Invalidità tasal għall-età ta’ 61 sena u jkollha biżżejjed kontribuzzjonijiet mħallsin u krediti tas-sigurtà soċjali, tista’ titlob biex tapplika għall-Pensjoni tal-Irtirar jekk tkun eliġibbli. Intant, irid ikun innotat li d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jibgħat biss notifika għall-applikazzjoni tal-Pensjoni tal-Irtirar, ladarba l-benefiċjarju jasal għall-età uffiċċjali tal-irtirar.


Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:

 

  • Ċertifikazzjoni Medika biex tiċċertifika l-invalidità tal-applikant/a. Ikklikkja hawn biex tniżżel dan ir-rapport mediku li jrid jimtela minn konsulent mediku. F’każ li dan id-dokument taċ-ċertifikat mediku ma jkunx għandek minħabba li ċerta appuntament mediċi isiru f’dati l-bogħod, kif ikun f’idejk, dan id-dokument irid jintbagħat lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali billi żżur kuntattdss.gov.mt biex ittella d-dokument. Importanti li tkun taf, li l-Bord Mediku ma jkunx jista jkompli bil-proċess qabel jirċievu dan ir-rapport mediku.

  • Kwalunkwe rekords mediċi oħra, bħal sommarji ta’ każijiet ta’ sptar, biex tingħata aktar prova ulterjuri ta’ invalidità.

  • FS3 ta’ kull impjieg jekk l-applikant/a j/tkun impjegat/a, jew Kont tal-Profit and Loss flimkien mal-irċevuti tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali imħallsin jekk l-applikant/a kien/et j/taħdem għal rasu/ha, tal-aħħar sena ta’ qabel saret it-talba. Dawn id-dokumenti huma mitluba biex jiġu aġġornati ir-rekords tas-sigurtà soċjali.

  • Meta l-Pensjoni tal-Invalidità tiġi approvata mill-bord mediku, id-dipartiment jista’ jitlob għall-Jobs History Sheet mill-JobsPlus bid-data tat-tmiem ta’ kull impjieg. Bhekk dan id-dokument huwa mandatorju f’dan l-istadju.

  • Assigura li d-dettalji bankarji tiegħek miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huma aġġornati sabiex tirċievi ħlasijiet b'depożitu dirett fil-bank. In-numru tal-IBAN għandu jkun Kont lokali tat-Tfaddil jew Kurrenti u mhux Kont ta’ Self. Il-kont indikat għandu jkun f’isem il-benefiċjarju biss. Id-dettalji bankarji jistgħu jiġu aġġornati fuq bankarjidss.gov.mt.