Pensjoni tar-Romol (DSS)
Overview
Il-Pensjoni Kontributorja tar-Romol tingħata lil persuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet rilevanti wara l-mewt tal-konjuġi/sieħeb/sieħba jew ex-konjuġi/ex-sieħeb/ex-sieħba.
Għal informazzjoni dwar sitwazzjonijiet transkonfinali ikklikkja hawn
What you’ll get
Il-Pensjoni Kontributorja tar-Romol titħallas kull erba’ (4) ġimgħat bil-quddiem.
Il-Pensjoni Kontributorja tar-Romol tingħata mill-ġurnata ta’ wara d-data tal-mewt tal-konjuġi/sieħeb/sieħba jew ex-konjuġi/ex-sieħeb/ex-sieħba.
Hemm tliet (3) kategoriji ta’ Pensjoni tar-Romol li persuna tista’ tirċievi:
NMWP - Pensjoni Minima Nazzjonali tar-Romol mogħtija meta il-persuna mejta kienet qiegħeda tirċievi pensjoni nazzjonali minima tal-irtirar.
ESRP - Pensjoni tas-Superstiti Bikrija mogħtija meta il-persuna mejta tkun għadha mhux qed tirċievi pensjoni tal-irtirar.
SRP - Pensjoni tas-Superstiti mogħtija meta il-persuna mejta kienet qiegħeda tirċievi pensjoni tal-irtirar taż-żewġ terzi.
Mill-1 ta’ Jannar 2024 kull tip ta’ pensjonijijiet tar-romol mhux se jkunu taxxabbli. B’hekk jekk qabel kien hemm tnaqqis ta’ taxxa mill-Pensjoni tar-Romol għal xi dħul ta’ sors ieħor, kull tnaqqis tal-persentaġġ preskritt tal-FSS mill-Pensjoni tar-Romol mhux se jibqa’ awtomatikament jiġi mnaqqas mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Dan ifisser li hija r-responsabbiltà tal-armla jew l-armel li j/tirċievi l-Pensjoni tar-Romol li tara li titnaqqas it-taxxa minn kwalunkwe sors ieħor ta’ dħul.
Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.
Tista’ tagħmel użu minn Kalkulatur online sabiex tagħmel stima tal-intitolament għall-Pensjoni Kontributorja tar-Romol.
Application Requirements
Wara r-reġistrazzjoni tal-mewt ta’ konjuġi/sieħeb/sieħba jew ex-konjuġi/ex-sieħeb/ex-sieħba mar-Reġistru Pubbliku ta' Malta, is-Servizzi tas-Saħħa jew mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, jinbeda b’mod awtomatiku l-proċess sabiex tibda titħallas il-Pensjoni Kontributorja tar-Romol. Barra minn hekk tintbagħat ittra ta’ notifika lil armel/armla prospettiv/a għall-Pensjoni Kontributorja tar-Romol. L-Ittra ta’ Notifika trid tintbagħat lura mimlija u ffirmata, inkella l-proċess biex tinħareġ il-Pensjoni tar-Romol tiġi mwaqqfa.
Madanakollu, jista’ jkun hemm każijiet fejn l-armel/armla iridu jibgħatu applikazzjoni għall-Pensjoni Kontributorja tar-Romol meta:
Il-koppja tkun isseparata u wieħed mill-konjuġi/sieħeb/sieħba jew ex-konjuġi/ex-sieħeb/ex-sieħba reġa/reġet iżżewweġ/iżżewwġet/ikkoabitat/daħal/daħlet f’unjoni ċivili u għalhekk ma nħarġitx notifika awtomatika lill-armel/armla.
Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali mgħandux informazzjoni aġġornata ta’ residenza u b’hekk l-Ittra ta’ Notifika qatt ma twasslet għand l-armel/armla.
L-armel/armla j/tagħżel li j/tissottometti l-applikazzjoni qabel tirċievi l-Ittra ta’ Notifika mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
L-Ittra ta’ Notifika jew l-applikazzjoni għal Pensjoni Kontributorja tar-Romol għandha tiġi sottomessa lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fi żmien sitt (6) xhur mill-mewt tal- konjuġi/sieħeb/sieħba. Jekk jgħaddu aktar minn sitt (6) xhur, il-pensjoni titħallas mill-ewwel Sibt minn meta tiġi sottomessa l-Ittra ta’ Notifika jew l-applikazzjoni mill-applikant/a.
F’dawn il-każijiet imsemmija, l-armel/armla trid timla u tissottometti l-applikazzjoni online.
Eligibility
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali
Armel/Armla li għadu/għadha ma laħaqx/laħqitx l-età tal-irtirar j/tista’ j/tkun eliġibbli għal Pensjoni tar-Romol, jekk il-kriterji li ġejjin f’impjieg full-time ikunu sodisfatti.
Mal-mewt tal-konjuġi/sieħeb/sieħba jkun sodisfatt il-kundizzjonijiet minimi tal-kontribuzzjoni mil-konjuġi/sieħeb/sieħba jew ex-konjuġi/ex-sieħeb/ex-sieħba li gie nieqes.
Il-Pensjoni tar-Romol titħallas b’mod sħiħ mingħajr tnaqqis jekk armel/armla j/tkun qiegħed/qiegħda twettaq okkupazzjoni bi qligħ fulltime. Imma meta armel/armla j/terġà j/tiżżewweġ, j/titħallas rata fissa tal-Pensjoni tar-Romol.
Armel/Armla li j/tkun f'attività bi qligħ obbligat/a li j/tħallas il-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali jekk il-qligħ tiegħu/tagħha minn dik l-attività bi qligħ jaqbeż il-Paga Minima Nazzjonali. Min iħaddem huwa obbligat iħallas il-bonuses statutorji kollha.
Jekk armel/armla jkollu/ha attività bi qligħ ta’ anqas mill-Paga Minima Nazzjonali, huwa/hija jista’/tista’ j/tagħżel li ma j/tħallasx il-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali.
Armel/Armla li j/tkun f'attività bi qligħ j/tkun eliġibbli għall-Pensjoni Kontributorja tar-Romol. Mill-2018, l-armel/armla li j/tirċievi l-Pensjoni Kontributorja tar-Romol huwa/hija wkoll eliġibbli għal benefiċċji oħra bħal Benefiċċju ta’ Mard, jekk ikun hemm tfal minorenni għadhom jgħixu fid-dar dipendenti fuq l-armel/armla.
Armla li tkun qed tirċievi Pensjoni tar-Romol u jkollha l-kura u kustodja tal-wild, taħt it-tmintax-il (18) sena, tal-konjuġi li ġie nieqes jew tkun qed tithallas l-Allowance tat-Tfal, hija wkoll intitulata għal għaxar ewro (€10) zieda fil-gimgħa, għal kull wild. Artiklu 31B tal-Att Dwar is-Sigurta’ Soċjali jirreferi.
Armel/Armla li j/tkun laħaq/laħqet l-età tal-pensjoni u ma j/tkunx qed j/tirċievi pensjoni mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, j/tista’ j/tkun eliġibbli għall-Pensjoni Kontributorja tar-Romol jekk il-mejjet/mejta kien/kienet tirċievi Pensjoni Kontributorja. F’dan il-każ, l-armel/armla j/tkun intitulat/a għal proporzjon ta’ 0.91666 mir-rata sħiħa tal-pensjoni li kellu/a il-konjuġi/sieħeb/sieħba.
Armel/Armla li j/tkun laħaq/laħqet l-età tal-pensjoni imma kien/kienet diġa j/tirċievi Pensjoni Kontributorja mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, j/tista’ j/tkun intitulat/a għall-Pensjoni Kontributorja tar-Romol flok dik tal-Pensjoni Kontributorja kurrenti, u:
Ir-rata tal-pensjoni tal-mejjet/mejta taċċedi dik tal-armel/armla. F’dan il-każ, l-armel/armla huwa/hija intitulat/a għar-rata sħiħa ta’ dak li l-konjuġi/sieħeb/sieħba jew ex-konjuġi/ex-sieħeb/ex-sieħba kienet tirċievi, flok dik li l-armel/armla qed tirċievi bħala Pensjoni Kontributorja.
Jekk il-Pensjoni Kontributorja tal-konjuġi/sieħeb/sieħba jew ex-konjuġi/ex-sieħeb/ex-sieħba hija inqas minn dik li qed j/tirċievi l-armel/armla, dan/din j/tibqa’ tirċievi l-istess Pensjoni Kontributorja.
Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:
Fil-każ ta’ armla/armel separati irid jiġi ppreżentat l-Att ta' Separazzjoni mehmuż man-notifikazzjoni jew applikazzjoni sottomessa.
Fil-każ ta’ koppja f’koabitazzjoni irid jiġi ppreżentat Ċertifikat ta’ Koabitazzjoni reġistrat u insinwat mir-Reġistru Pubbliku mehmuż man-notifikazzjoni jew applikazzjoni sottomessa. F’kas li l-koabitazzjoni ma kinitx irreġistrata bejn l-2017 u l-2020 u wieħed mil-koabitanti ġie nieqes matul il-perjodu imsemmi, il-benefiċċjarju/a jrid/trid j/tipprovdi dokumenti li juru li kien/et ilu/ilha f’koabitazzjoni għal minimu ta’ għaxar (10) snin qabel il-mewt imsemmija.
Fil-każ ta’ kopja f’Unjoni Ċivili irid jiġi ppreżentat Ċertifikat ta’ Unjoni Ċivili reġistrat u insinwat mir-Reġistru Pubbliku mehmuż man-notifikazzjoni jew applikazzjoni sottomessa.
Żgura li d-dettalji bankarji tiegħek miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huma aġġornati sabiex tirċievi ħlasijiet b'depożitu dirett f'bank. In-numru tal-IBAN għandu jkun kont lokali tat-tfaddil jew kurrenti u mhux kont ta’ self. Il-kont indikat għandu jkun f’isem l-benefiċjarju/a biss. Id-dettalji bankarji jistgħu jiġu aġġornati fuq mySocialSecurity.