Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Imniedi servizz online ġdid biex tissottometti Rapport tal-Mewt ta’ Benefiċjarju tas-Sigurtà Soċjali

21/05/2021 | Aħbar Riċenti

Wieħed issa jista’ jissottometti kopja taċ-ċertifikat oriġinali tal-mewt jew tad-difna online lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Ċertifikat tal-mewt maħruġ mill-Kappillan huwa aċċettat ukoll.

Meta benefiċjarju tas-Sigurtà Soċjali jmut, il-mewt għandha tiġi rrappurtata minn membru tal-familja lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Għaldaqstant, hemm ċerti passi li għandhom jittieħdu biex jitħassru l-benefiċċji jew jiġu ttrasferiti l-pagamenti lil superstiti eliġibbli. Jekk ma tiġix irrapporta l-mewt ta’ benefiċjarju tas-Sigurtà Soċjali jista’ jkun problematiku għal xi raġunijiet. L-ewwelnett, kwalunkwe pagament riċevut mis-Sigurtà Soċjali wara li jmut il-benefiċjarju, jkollu jiġi rritornat. Li tkompli tirċievi benefiċċji wara li xi ħadd imut, anke jekk dik il-persuna kienet konjuġi u l-benefiċċji jmorru f’kont konġunt, huwa reat. It-tieni, jekk tonqos milli tirrapporta l-mewt jista’ jikkawża li benefiċjarju ma jirċevix il-benefiċċji tas-superstiti tas-Sigurtà Soċjali.

Jekk taħseb li tista’ tkun eliġibbli biex tirċievi benefiċċji tas-superstiti tas-Sigurtà Soċjali wara l-mewt ta’ benefiċjarju, hemm xi passi li jkollok bżonn tieħu biex tapplika għalihom. L-ewwel waħda hija li tirrapporta l-mewt lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Tista’ wkoll tibda l-proċess ta’ applikazzjoni fil-ħin li tirrapporta l-mewt. In-notifiki lokali tal-imwiet għandhom ikunu rreġistrati wkoll ma’ Identity Malta.

Jekk l-istat tal-mejjet/mejta kien ta’ persuna waħedha, il-werriet/werrieta jistgħu jitolbu li jirċievu mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali l-bilanċ tal-Benefiċċju/i tas-Sigurtà Soċjali li kellu jkun intitolat għalihom il-benefiċjarju mejjet.