Allowance tat-Tfal u Bonus għat-Twelid jew Adozzjoni –
Dħul Annwali ma jeċċedix il-Limitu
Ħarsa ġenerali
L-Allowance tat-Tfal tingħata lil koppji miżżewġa, koppji f’unjoni ċivili, koppji li qed jikkoabitaw, ġenituri separati, ġenituri waħedhom jew emigranti li ġew lura Malta, li għandhom l-kura u l-kustodja ta’ tfal taħt is-sittax-il (16) sena u li d-dħul annwali kollu tagħhom tas-sena rilevanti (sentejn (2) qabel is-sena kurrenti, (eżempju: Allowance tat-Tfal 2025 – Dħul 2023) minn impjieg huwa ta’ inqas minn sebgħa u għoxrin elf, erba’ mija u erbgħa u tletin ewro (€27,434).
Madankollu, jekk id-dħul jaqbeż għoxrin-elf, ħames mija u żewġ ewro (€20,502), iżda huwa inqas minn sebgħa u għoxrin elf, erba’ mija u erbgħa u tletin ewro (€27,434), xorta tingħata r-rata minima tal-Allowance tat-Tfal. Dan iseħħ minħabba li jekk jintuża’ d-dħul attwali biex tiġi kkalkulata r-rata, ir-rata dovuta tal-allowance tat-tfal tkun inqas mir-rata minima. Għaldaqstant tingħata l-inqas rata ta’ Allowance ta’ Tfal. Iżda dan mhux se jaffettwa s-suppliment tal-Allowance tat-Tfal.
Mill-1 ta’ Jannar 2025, il-kalkulazzjonijiet għal dan l-allowance mhux biss se jitnaqqas id-dħul mill-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali, imma se tiġi mnaqqsa ukoll it-taxxa mħallsa fid-dħul.
Għal informazzjoni dwar sitwazzjonijiet transkonfinali ikklikkja hawn.
X’se tingħata
Wara r-reġistrazzjoni tat-twelid tat-tarbija mar-Reġistru Pubbliku ta’ Malta, jinbeda b’mod awtomatiku l-proċess sabiex tibda titħallas Allowance tat-Tfal. Il-benefiċjarji awtomatikament jingħataw Allowance tat-Tfal ibbażat fuq ir-rata minima. Xi każijiet ma jitħallsux awtomatikament minħabba nuqqas ta’ dettalji mhux ipprovduti mill-applikanti. F’dawn il-każijiet, l-applikanti jiġu mgħarfa b’email biex japplikaw għall-Allowance tat-Tfal. Madankollu, benefiċjarji jistgħu japplikaw għar-rata ogħla ta’ ħlas jekk id-dħul annwali ddikjarat huwa ta’ inqas minn sebgħa u għoxrin elf, erba’ mija u erbgħa u tletin ewro (€27,434). Barra minn hekk, tintbagħat ittra ta’ notifika lil ġenituri, fejn jintalbu kwalunkwe dettalji meħtieġa nieqsa għall-għoti tal-Allowance tat-Tfal, jekk dan ikun il-każ.
Il-pagament għal din l-allowance titħallas kull tlettax-il (13) ġimgħa bil-quddiem.
Pagament ta’ darba ta’ ħames mitt ewro (€500) jitħallas lill-omm ta’ tarbija li tkun l-ewwel wild jew bħala l-ewwel adozzjoni f’każ ta’ ġenitur adottiv. Jekk l-omm ikollha t-tieni wild, jew ġenitur jadotta għat-tieni darba, jitħallas il-pagament ta’ darba ta’ elf ewro (€1000) għat-tarbija. F’każ ta’ tielet wild jew aktar fil-familja, il-ġenitur jew il-ġenitur li jaddotta jitħallas pagament ta’ darba ta’ elf u ħames mitt ewro (€1500) għal kull tifel jew tifla – (aqra aktar).
Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.
Tista’ tagħmel użu minn Kalkulatur online sabiex tagħmel stima tal-intitolament għall-Allowance tat-Tfal.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Wieħed mill-ġenituri għandu jkun ċittadin ta’ Malta jew miżżewweġ lil ċittadin Malti jew f’Unjoni Ċivili ma’ ċittadin Malti, jew ikun ċittadin ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (Cross-Border), jew ċittadin ta’ pajjiż membru tal-Karta Soċjali Ewropea, jew ikollu status ta’ refuġjat u jirrisjedi b’mod ordinarju f’Malta jew Għawdex.
- F’każ ta’ Ċittadini tal-Unjoni Ewropea fejn:
- Wieħed mill-ġenituri huwa impjegat legalment f’Malta u l-ġenitur l-ieħor qed jgħix u hu bla xogħol f’pajjiż barrani, allura d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huwa obbligat li jħallas l-Allowance tat-Tfal.
- Wieħed mill-ġenituri huwa impjegat legalment f’Malta u l-ġenitur l-ieħor qed jgħix u qiegħed fuq leave bla ħlas f’pajjiż barrani, allura d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huwa obbligat li jħallas l-Allowance tat-Tfal.
- Wieħed mill-ġenituri huwa impjegat legalment f’Malta u l-ġenitur l-ieħor qed jgħix u huwa impjegat f’pajjiż barrani, allura dak il-pajjiż barrani huwa obbligat li jħallas l-Allowance tat-Tfal jekk il-minuri qed jgħix mal-ġenitur fil-pajjiż barrani. Jekk il-minuri qed jgħix mal-ġenitur li hu impjegat f’Malta, allura d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jkun kompetenti biex iħallas l-Allowance tat-Tfal, għalkemm il-ġenitur l-ieħor huwa impjegat barra l-pajjiż. Il-ġenitur impjegat f’pajjiż barrani għandu jipproduċi prova uffiċjali li l-ebda Allowance tat-Tfal ma qiegħdha titħallas mill-pajjiż barrani.
- Ċittadini tal-EU jingħataw il-ħlas b’effett mid-data tal-wasla f’Malta.
- F’każ ta’ Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi fejn:
- L-applikanti u t-tfal qed jgħixu f’Malta.
- Iż-żewġ ġenituri għandhom permessi residenzjali validi.
- Wieħed jew iż-żewġ ġenituri huma f’impjieg. L-intitoliment huwa skont il-Permess. Jekk l-applikant/a ikollu/ha Permess ta’ Residenza jew permess ta’ Xogħol, min jagħmel it-talba jkun intitolat/a għal Allowance tat-Tfal b’seħħ mis-sitt (6) xahar ta’ impjieg.
- Jekk l-applikant/a ikollu/ha Blue Card / Protezzjoni Internazzjonali / Protezzjoni Sussidjarja / Protezzjoni Umanitarja (inklużi Permessi Temporanji), dan/din i/tkun intitolat/a għall-Allowance tat-Tfal mill-bidu tal-impjieg.
- Jekk l-applikant/a jkollu/ha Permess ta’ Residenza għat-Tul, dan/din i/tkun intitolat/a mid-data tal-permess, filwaqt li d-detenturi ta’ permessi ta’ Intra Corporate Transfer għandhom ikunu intitolati mid-disa’ xahar ta’ impjieg.
- L-istatus ta’ Ħaddiem Staġjonali u / jew Ċittadini studenti ta’ Pajjiżi Terzi mhumiex intitolati għal Allowance tat-Tfal jekk ma jkollhomx permess ieħor imsemmi hawn fuq.
- L-Allowance tat-Tfal tingħata mid-data kif indikata hawn fuq jekk il-minorenni jitwieled qabel id-data tal-impjieg. Madankollu l-Allowance tat-Tfal jingħata mid-data tat-twelid jekk il-minorenni jitwieled wara d-data tal-intitolament kif spjegat hawn fuq.
- F’każ ta’ Ċittadini tal-Unjoni Ewropea fejn:
- L-Allowance tat-Tfal tista’ tingħata lil dawk li jagħmlu xogħol fuq il-Bastimenti Reġistrati Malta, bl-istess kundizzjonijiet taċ-Ċittadini tal-Unjoni Ewropea. Dawn għandhom japplikaw għall-Allowance tat-Tfal kull sena biex jibqgħu jirċievu l-Allowance tat-Tfal jekk jibqgħu eliġibbli.
- Fil-każ ta’ kull wild, huwa dmir tal-missier u l-omm, u fin-nuqqas tat-tnejn, tat-tabib, kirurgu, qabla jew xi persuna oħra li tkun qed tattendi mat-twelid, jew f’liema dar it-twelid ikun seħħ, biex fi żmien ħmistax-il (15) jum minn dan it-twelid jingħata avviż ta’ dan lir-Reġistru Pubbliku. Il-persuna li tittrażmetti l-avviż, għandha tippreżenta l-Karta tal-Identità tagħha u kull dokumentazzjoni pprovduta lilha mill-isptar.
- L-applikanti għandhom jinnotifikaw lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, mhux aktar tard minn sitt (6) xhur mill-okkorrenza, b’kull bdil f’ċirkostanzi bħal mewt, separazzjoni, żwieġ, koabitazzjoni (kemm jekk koabitazzjoni reġistrata jew le, bidla f’kustodja, bidla fl-indirizz, bidla fin-numru tal-kont tal-bank, tluq minn Malta jew terminazzjoni jew bidu ta’ impjieg.
- Wara li jingħata l-ewwel pagament tal-Allowance tat-Tfal, issir reviżjoni annwali mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali bbażata fuq informazzjoni riċevuta mill-Kummissarju tad-Dħul u Istituzzjonijiet Finanzjarji. Ir-rata tal-Allowance tat-Tfal hija bbażata fuq id-dħul tal-familja sentejn (2) qabel it-talba u / jew ir-reviżjoni tat-talba.
Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:
F’każ ta’ koppja, trid timtela dikjarazzjoni separata, iffirmata miż-żewġ ġenituri. Ikklikkja hawn biex tniżżel id-dokument.
Ċittadini Maltin / Ċittadini tal-UE / Karta Soċjali Ewropea / Refuġjati (Minuri imwielda f’Malta):
- Data tal-koabitazzjoni (kemm jekk koabitazzjoni reġistrata jew le), żwieġ, jew Unjoni Ċivili, skont il-każ.
- Dħul taż-żewġ ġenituri tas-sena rilevanti sentejn (2) qabel is-sena kurrenti (eżempju: Allowance tat-Tfal 2025 – Dħul 2023) minn impjieg full-time u/jew part-time, dħul minn renti u pensjoni minn barra minn Malta. Fejn ma hemmx dħul irid jiddaħħal l-ammont ta’ żero u f’każ ta’ barranin iridu jipprovdu l-informazzjoni neċessarja anke ta’ dħul minn barra. Jekk ma jiġix ipprovut kull ammonti ta’ dħul minn barra minn Malta ta’ l-aħħar sentejn (2) mis-sena kurrenti, tiġi applikata r-rata fissa tal-benefiċċju.
- Skeda ta’ xogħolijiet tal-JobsPlus aġġornata.
- Kuntratt ta’ separazzjoni / digriet tal-qorti (skond il-każ) fil-każ ta’ ġenituri separati jew waħedhom.
- Għal każijiet ta’ separazzjoni fejn il-kuntratt ta’ separazzjoni ma jkunx għadu ffinalizzat, dokument legali minn rappreżentant legali (avukat) tal-ġenitur li qed jagħmel it-talba, fejn irid jissemma l-ġenitur li għandu l-kura u l-kustodja (de facto) tat-tifel/tifla/tfal, bid-dettalji kollha tal-tifel/tifla/tfal, u tkun imsemmijja ukoll id-data effettiva tal-kura u kustodja. Din id-dikjarazzjoni trid tinkludi ukoll ċertifikazzjoni jekk hux qed jitħallas manteniment lill-istess ġenitur li għandu l-kura u l-kustodja tat-tifel/tifla/tfal.
- In-numru tal-IBAN fejn għandu jsir id-depożitu tal-benefiċċju, li għandu jkun kont lokali tat-tfaddil jew kurrenti u mhux kont ta’ self. Il-kont indikat għandu jkun f’isem l-omm tat-tifel / tifla sakemm it-tifel / tifla ma jkunux fil-kura u kustodja tal-missier jew xi qarib ieħor (eżempju: in-nanniet). Jekk ikun hemm kustodja konġunta, f’liema każ in-numru individwalment tal-IBAN rispettiv tagħhom għandu jiġi ppreżentat.
Ċittadini tal-UE / Karta Soċjali Ewropea (Minuri MHUX imwielda f’Malta):
- Kopja tal-Karta tal-Identità tal-ġenitur/i jew ġenitur/i adottivi.
- Kopja tal-Boarding Passes / biljetti / passaporti tal-membri kollha tal-familja.
- Kopja taċ-ċertifikat tat-twelid tal-minuri.
- Data tal-koabitazzjoni (kemm jekk koabitazzjoni reġistrata jew le), ċertifikat taż-żwieġ jew ċertifikat tal-unjoni ċivili, skont il-każ.
- Dikjarazzjoni uffiċjali mill-pajjiż rispettiv li tindika sa liema data ġie riċevut il-benefiċċju għat-tfal.
- Kopja tad-dokumenti uffiċjali li juru d-dħul miksub fl-aħħar sentejn (2) lokalment u barra mill-pajjiż (prospetti tat-taxxa / FS3s iffirmati / Kont tal-Dħul u Ħruġ). Fejn ma hemmx dħul irid jiddaħħal l-ammont ta’ żero. Jekk ma jiġix ipprovut kull ammonti ta’ dħul minn barra minn Malta ta’ l-aħħar sentejn (2) mis-sena kurrenti, tiġi applikata r-rata fissa tal-benefiċċju.
- Kuntratt ta’ separazzjoni / digriet tal-qorti (skond il-każ) fil-każ ta’ ġenituri separati jew waħedhom.
- Għal każijiet ta’ separazzjoni fejn il-kuntratt ta’ separazzjoni ma jkunx għadu ffinalizzat, dokument legali minn rappreżentant legali (avukat) tal-ġenitur li qed jagħmel it-talba, fejn irid jissemma l-ġenitur li għandu l-kura u l-kustodja (de facto) tat-tifel/tifla/tfal, bid-dettalji kollha tal-tifel/tifla/tfal, u tkun imsemmijja ukoll id-data effettiva tal-kura u kustodja. Din id-dikjarazzjoni trid tinkludi ukoll ċertifikazzjoni jekk hux qed jitħallas manteniment lill-istess ġenitur li għandu l-kura u l-kustodja tat-tifel/tifla/tfal.
- In-numru tal-IBAN fejn għandu jsir id-depożitu tal-benefiċċju, li għandu jkun kont lokali tat-tfaddil jew kurrenti u mhux kont ta’ self. Il-kont indikat għandu jkun f’isem l-omm tat-tifel / tifla sakemm it-tifel / tifla ma jkunux fil-kura u kustodja tal-missier jew xi qarib ieħor (eżempju: in-nanniet). Jekk ikun hemm kustodja konġunta, f’liema każ in-numru individwalment tal-IBAN rispettiv tagħhom għandu jiġi ppreżentat.
Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi u kwalunkwe ċittadin ieħor (Minuri imwielda f’Malta):
- Kopja tal-Karta tal-Identità tal-ġenitur/i jew ġenitur/i adottivi.
- Kopja tal-permessi ta’ residenza tal-membri kollha tal-familja.
- Data tal-koabitazzjoni (kemm jekk koabitazzjoni reġistrata jew le), ċertifikat taż-żwieġ jew ċertifikat tal-unjoni ċivili, skont il-każ.
- Kull dħul kemm minn Malta u / jew minn barra taż-żewġ ġenituri. Fejn ma hemmx dħul irid jiddaħħal l-ammont ta’ żero. Jekk ma jiġix ipprovut kull ammonti ta’ dħul minn barra minn Malta ta’ l-aħħar sentejn (2) mis-sena kurrenti, tiġi applikata r-rata fissa tal-benefiċċju.
- Kuntratt ta’ separazzjoni / digriet tal-qorti (skond il-każ) fil-każ ta’ ġenituri separati jew waħedhom.
- Għal każijiet ta’ separazzjoni fejn il-kuntratt ta’ separazzjoni ma jkunx għadu ffinalizzat, dokument legali minn rappreżentant legali (avukat) tal-ġenitur li qed jagħmel it-talba, fejn irid jissemma l-ġenitur li għandu l-kura u l-kustodja (de facto) tat-tifel/tifla/tfal, bid-dettalji kollha tal-tifel/tifla/tfal, u tkun imsemmijja ukoll id-data effettiva tal-kura u kustodja. Din id-dikjarazzjoni trid tinkludi ukoll ċertifikazzjoni jekk hux qed jitħallas manteniment lill-istess ġenitur li għandu l-kura u l-kustodja tat-tifel/tifla/tfal.
- In-numru tal-IBAN fejn għandu jsir id-depożitu tal-benefiċċju, li għandu jkun kont lokali tat-tfaddil jew kurrenti u mhux kont ta’ self. Il-kont indikat għandu jkun f’isem l-omm tat-tifel / tifla sakemm it-tifel / tifla ma jkunux fil-kura u kustodja tal-missier jew xi qarib ieħor (eżempju: in-nanniet). Jekk ikun hemm kustodja konġunta, f’liema każ in-numru individwalment tal-IBAN rispettiv tagħhom għandu jiġi ppreżentat.
Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi u kwalunkwe ċittadin ieħor (Minuri / MHUX imwielda f’Malta għalhekk mhumiex irreġistrati f’Malta):
- Kopja tal-permessi ta’ residenza ta’ kull membru tal-familja.
- Kopja tal-Boarding Passes / biljetti / passaporti tal-membri kollha tal-familja.
- Kopja taċ-ċertifikat tat-twelid tal-minuri.
- Data tal-koabitazzjoni (kemm jekk koabitazzjoni reġistrata jew le), ċertifikat taż-żwieġ jew ċertifikat tal-Unjoni Ċivili, skont il-każ.
- Dikjarazzjoni uffiċjali mill-pajjiż rispettiv li tindika sa liema data ġie riċevut il-benefiċċju għat-tfal.
- Kopja tad-dokumenti uffiċjali li juru d-dħul miksub fl-aħħar sentejn (2) lokalment u barra mill-pajjiż (prospetti tat-taxxa / FS3s iffirmati / kontijiet tal-Profitt u Telf). Fejn ma hemmx dħul irid jiddaħħal l-ammont ta’ żero. Jekk ma jiġix ipprovut kull ammonti ta’ dħul minn barra minn Malta ta’ l-aħħar sentejn (2) mis-sena kurrenti, tiġi applikata r-rata fissa tal-benefiċċju.
- Skeda aġġornata tax-xogħolijiet tal-JobsPlus u / jew dokument uffiċċjali ffirmat li juri li l-applikant huwa impjegat f’Malta.
- Ittra mill-iskola li tikkonferma l-attendenza regolari tal-minorenni fl-iskola (f’każijiet partikolari).
- Kuntratt ta’ separazzjoni / digriet tal-qorti (skond il-każ) fil-każ ta’ ġenituri separati jew waħedhom.
- Għal każijiet ta’ separazzjoni fejn il-kuntratt ta’ separazzjoni ma jkunx għadu ffinalizzat, dokument legali minn rappreżentant legali (avukat) tal-ġenitur li qed jagħmel it-talba, fejn irid jissemma l-ġenitur li għandu l-kura u l-kustodja (de facto) tat-tifel/tifla/tfal, bid-dettalji kollha tal-tifel/tifla/tfal, u tkun imsemmijja ukoll id-data effettiva tal-kura u kustodja. Din id-dikjarazzjoni trid tinkludi ukoll ċertifikazzjoni jekk hux qed jitħallas manteniment lill-istess ġenitur li għandu l-kura u l-kustodja tat-tifel/tifla/tfal.
- Kuntratt ta’ separazzjoni / digriet tal-qorti (skond il-każ) fil-każ ta’ ġenituri waħedhom.
- In-numru tal-IBAN fejn għandu jsir id-depożitu tal-benefiċċju, li għandu jkun kont lokali tat-tfaddil jew kurrenti u mhux kont ta’ self. Il-kont indikat għandu jkun f’isem l-omm tat-tifel / tifla sakemm it-tifel / tifla ma jkunux fil-kura u kustodja tal-missier jew xi qarib ieħor (eżempju: in-nanniet). Jekk ikun hemm kustodja konġunta, f’liema każ in-numru individwalment tal-IBAN rispettiv tagħhom għandu jiġi ppreżentat.
Kif tapplika
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.