Logo
Logo
  • MT
  • EN

Q

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Benefiċċju tal-Enerġija (Każ Umanitarju)

Ħarsa ġenerali

Il-Benefiċċju tal-Enerġija huwa mmirat biex itaffi l-effett taż-żieda fl-infiq fuq il-kontijiet tal-ilma u l-elettriku ta’ familji bi dħul baxx.

Wara s-sottomissjoni tal-applikazzjoni tal-Benefiċċju tal-Enerġija, persuna tista’ tikkwalifika:

  • Għal raġunijiet umanitarji (l-applikazzjoni tiġi riveduta mill-Bord Mediku Konsultattiv maħtur skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) sabiex tittieħed deċiżjoni).

X’ser jingħata

Persuna li tikkwalifika għal Benefiċċju tal-Enerġija għal raġunijiet umaitarji, għandha tkun intitolata għal:

  • Ammont li jikkumpensa tmenin fil-mija (80%) tal-konsum tal-elettriku qabel l-eko-reduzzjoni, u
  • Jekk l-applikant jew il-konjuġi huma d-detentur tal-kont, ikunu intitolati għal sussidju ta’ mhux aktar minn ħamsa u sittin ewro (€65) kull sena fuq il-kera tal-arloġġ tal-elettriku single phase jew mhux aktar minn mija u ħamsa u disgħin ewro (€195) kull sena fuq il-kera tal-arloġġ tal-elettriku three phase, u sussidju ta’ mhux aktar minn disgħa u ħamsin ewro (€59) kull sena fuq il-kera tal-arloġġ tal-ilma.

Il-Benefiċċju tal-Enerġija jitnaqqas direttament mill-kont tal-Ilma u l-Elettriku. L-ammont tal-Benefiċċju tal-Enerġija mnaqqas jidher fid-dettall fit-tieni paġna tal-kont. 

Aktar minn hekk, benefiċċjarji li huma eliġibbli għall-benefiċċju iżda m’għandhomx il-kont tal-ilma u tal-elettriku fuq isimhom, jirċievu ittra mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali bid-dettalji tal-Benefiċċju tal-Enerġija tagħhom. Din l-informazzjoni trid tiġi mqabbla mal-kont li jirċievi s-sid billi l-benefiċċjarju jikkonferma li l-ammont tal-Benefiċċju tal-Enerġija msemmi fuq l-ittra ġie mnaqqas fil-kont.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Kap tal-familja jagħti prova li membru tal-familja jbati minn kundizzjoni medika li teħtieġ użu ta’ ilma u elettriku eċċessiv.
  • Il-membru tal-familja għandu jkun residenti f’Malta b’mod permanenti.
  • Id-dħul tal-familja huwa inqas minn tletin elf u disa’ mija u ħdax-il ewro (€30,911) fis-sena (Sena Bażi tas-sena preċendenti tal-Applikazzjoni).

Kull tibdil fiċ-ċirkostanza għandu jiġi rrapportat immedjatament lid-Direttur Ġenerali (Sigurtà Soċjali). Jekk id-Direttur Ġenerali (Sigurtà Soċjali) ma jkunx infurmat dwar il-bidla fiċ-ċirkostanza, intitolament għall-benefiċċju jew parti minnu jista’ jintilef.

Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Kopja tal-aħħar kont tad-Dawl u l-ilma
  • Ċertifikat Mediku dettaljat (Ċertifikat riċenti maħruġ mhux aktar minn sitt (6) xhur qabel).
  • Riċevuta jew Ftehim ta’ Kiri ta’ apparat mediku li qed jintuża (f’każ ta’ Ftehim ta’ Kiri dan m’għandux ikun maħruġ aktar minn sitt (6) xhur qabel).
  • Dikjarazzjoni tad-Dħul mill-Kiri ta’ Proprjeta’ (jekk applikabli).
  • Dikjarazzjoni tal-Pensjoni tat-Teżor, Pensjoni tas-Servizz u/jew pensjoni oħra barranija (jekk applikabli).
  • F’każ ta’ persuna taħdem bi qliegħ:
    • FS3 full-time/part-time tal-Kap tal-Familja u konjuġi/sieħeb/sieħba.
    • FS3 full-time/part-time tal-Applikant f’każ li ma jkunx il-Kap tal-Familja u/jew konjuġi/sieħeb/sieħba.
  • F’każ ta’ persuna taħdem għal rasha:
    • Profit and Loss Accounts tal-Kap tal- Familja u konjuġi/sieħeb/sieħba, kif ukoll tal-Applikant u/jew konjuġi/sieħeb/sieħba jekk applikabbli.
    • Riċevuti tal-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-Kap tal-Familja u konjuġi/sieħeb/sieħba, kif ukoll tal-Applikant u/jew konjuġi/sieħeb/sieħba jekk applikabbli.
    • F’każ ta’ Diretturi/Shareholders ta’ Kumpaniji: Audited Final Accounts tal-Kap Familja u konjuġi/sieħeb/sieħba kif ukoll tal-Applikant u/jew konjuġi/sieħeb/sieħba jekk applikabbli.

Kif tapplika

Imla u ibgħat l-applikazzjoni online.