Logo
Logo
  • MT
  • EN

Dikjarazzjoni dwar Kura u Kustodja (de facto) tal-Wild/Ulied Minuri

Ħarsa ġenerali

Ġenitur waħdu jew separat li għandu l-kura u kustodja ta’ wild/ulied minuri taħt it-18-il sena u li jikkwalifika għal Assistenza; Allowance jew Pensjoni Mhux Kontributorja, għandu jimla formola ta’ dikjarazzjoni biex jikkonferma liema ġenitur għandu l-kura u kustodja (de facto) ta’ kwalunkwe minuri, f’każ li kuntratt ta’ separazzjoni ma jkunx disponibbli. Il-kustodju (de facto) għandu jiddikjara jekk jirċeviex xi manteniment għall-wild/ulied minuri.

X’ser jingħata

L-intitolament għal Assistenza, Allowance jew Pensjoni mhux kontributorja għandu jingħata lill-ġenitur fdat bil-kura u l-kustodja tal-wild/ulied.

Eliġibbiltà

Ġenitur waħdu jew separat li jkollu wild/ulied jgħixu fl-istess dar.

Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Ikklikkja hawn biex tniżżel id-Dikjarazzjoni mandatorja tal-Kura u Kustodja ffirmata miż-żewġ ġenituri, kif mitluba fl-applikazzjoni
  • Kopji tal-Karti tal-Identità taż-żewġ Ġenituri (minn quddiem u minn wara) biex jikkonfermaw il-firem li ma ġewx iffirmati f’wieħed miċ-ċentri ta’ servizz.gov

Kif tapplika

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.

Font Resize
Contrast