Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Pensjoni tal-Età

Ħarsa ġenerali

Il-Pensjoni ta’ l-Età tista’ tingħata lil persuna li tilħaq is-sittin (60) sena u ma jkollhiex biżżejjed Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali mħallsa jew akkreditati biex tkun eliġibbli għal Pensjoni Kontributorja ta’ l-Irtirar, filwaqt li tissodisfa t-Test tal-Mezzi.

X’se tingħata

Il-Pensjoni ta’ l-Età titħallas kull erba’ (4) ġimgħat bil-quddiem.

Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Jekk persuna hija miżżewġa, f’unjoni ċivili, koabitazzjoni jew persuna waħeda u li tirċievi l-Assistenza għal Diżimpjieg jew Assistenza Soċjali u tilħaq l-età ta’ sittin (60) sena.
  • Jekk il-konjuġi jew sieħeb/sieħba tal-applikant tilħaq is-sittin (60) sena qabel il-kap responsabbli tal-familja, tista’ tapplika għal Pensjoni tal-Età bi dritt tagħha stess, sakemm il-kap responsabbli tal-familja jilħaq l-età tal-pensjoni umbgħad jingħataw rata ta’ koppja.
  • Meta persuna tilħaq l-età pensjonabbli u r-rata tal-Pensjoni Kontributorja tagħha tkun inqas mir-rata tal-Pensjoni mhux kontributorja, l-applikant għandu japplika għad-differenza fil-Pensjoni tal-Età.
  • L-applikant għandu jissodisfa t-Test tal-Mezzi Kapitali. Ir-riżorsi kapitali għal koppja m’għandhomx jaqbżu sitta u għoxrin elf ewro (€26,000) u sittax-il elf ewro (€16,000) għal persuna waħeda.
  • Kull dħul li ġej minn kirjiet, interessi bankarji minn kapital, stokks u ishma, manteniment u kwalunkwe dħul ieħor, għandu jiġi ddikjarat u jitnaqqas mir-rata tal-Pensjoni mhux Kontributorja.

Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni ġenerali: 

  • Rendikont tal-kontijiet kollha tal-Bank, kemm dawk lokali kif u dawk barranin.
  • Irċevuti u/jew kuntratt tal-kera, jekk tħallas il-kera ta’ fejn tirrisjedi.
  • Logbook ta’ kull vettura li hemm fuq ismek.
  • Dokumenti relatati ma’ kwalukwe propjetà u/jew sehem fi propjetà.
  • F’każ li kien hemm xi donazzjonijiet kemm ta’ flus jew arja ta’ propjetà, trid tipprovdi kopja ta’ dokument/i legali neċessarji.
  • Jekk miżżewweġ/miżżewġa, f’unjoni ċivili jew koabitazzjoni (kemm jekk koabitazzjoni reġistrata jew le) u l-konjuġi jew sieħeb/sieħba jaħdem/taħdem, trid tipprovdi kopja tal-payslip.
  • F’każ ta’ separazzjoni jew divorzju, trid tipprovdi kopja tal-kuntratt ta’ separazzjoni jew dokumenti tad-divorzju.

Kif tapplika

Imla u ibgħat l-applikazzjoni online.