Għotja għal Ħalib
Ħarsa ġenerali
Għotja għal Ħalib tingħata lil omm li għandha l-kura u l-kustodja ta’ tarbija li għandha età ta’ anqas minn 40 ġimgħa u teħtieġ tinfatam jew tingħata ikel komplimentari, inkella lil omm li ma tistax tredda’ għal raġunijiet mediċi.
X’se tingħata
Għotja għal Ħalib titħallas kull 4 ġimgħat bil-quddiem.
L-ewwel pagament joħroġ mill-ewwel Sibt minn wara d-data ta’ l-applikazzjoni.
Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.
Eliġibbiltà
Omm li diġà qed tirċievi jew Assistenza Soċjali; Assistenza Soċjali għal Ġenituri Waħedhom, Għajnuna għal Diżimpjieg jew Għajnuna dwar it-Tuberkulosi.
Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:
- Ikklikkja hawn biex tniżżel ir-Rapport Mediku li jrid jiġi mimli u ffirmat minn tabib
Kif tapplika
Ladarba l-applikazzjoni tiġi sottomessa u verifikata mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali din tintbagħat għar-rakkomandazzjoni quddiem Bord Mediku, maħtur skont l-Att tas-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.). Għotja għal Ħalib titħallas sakemm it-tarbija tagħlaq età ta’ 40 ġimgħa, li jibdew mid-data tat-twelid. Jekk l-applikazzjoni tiġi rifjutata, l-applikanta tiġi infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.